Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr0008
Date Icon 03/01/2013

Il-ħarsien tal-pazjenti Għawdxin jibqa’ prijorita ewlenija tal-Ministeru għal Għawdex

Fil-waqt li jirreferi għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni mill-Partit Laburista, il-Ministeru għal Għawdex jiddeplora l-attitudni propogandistika tal-istess stqarrija, intenzjonata biss biex tikseb gwadann politiku a skapitu tal-interess tal-pazjenti Għawdxin.

Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jiċċara l-fatti relatati.

Filwaqt li hu minnhu li l-apparat tal-isterilizzazzjoni tal-istrumenti tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jinsab bil-ħsara, ma huwiex minnhu li din il ħsara saret minħabba li ma saritlux il-manutenzjoni meħtieġa. Żewġ persuni teknici mid-dipartiment tas-CSSD jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ta’ dan l-apparat b’mod regolari.

Il-ħsara li żviluppat  dan l-aħħar hija biss ħsara normali li tista’ tiġri. Sakemm jaslu li-spare parts li diġà ġew ordnati, ġew meħuda l-miżuri kollha meħtieġa sabiex  is- servizz ikun jista’ jibqa għaddej b’mod normali. Għalhekk ġie deċiż li jkun aħjar li l-istrumenti tal-operazzjonijiet jintbagħtu Malta. B’hekk setgħa wkoll jiġi assigurat li l-proċess ta’ diżinfettar isir kif suppost mingħajr riskju għall-pazjenti.

Il-Ministeru għal Għawdex isostni li dan kollu sar fl-interess tal-pazjenti biex jiġi assigurat li dawn ma’ jgħaddu minn ebda riskju żejjed. Għal kuntlarju ta’ dak li tgħid l-istqarrija ma huwiex minnu  li jista’ jkun hemm każ li ma jkunx hemm strumenti biżżejjed għall-operazzjonijiet jew trattamenti oħra. Dan għaliex ġiet assigurata kollaborazzjoni stretta bejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Isptar Mater Dei, li permezz tagħha l-istrumenti tal-isptar ta’ Għawdex qed jigu sterilizzati bi priorità. Dan il-proċess qed jiġi eżegwit puntwalment u l-istrumenti qed ikunu lesti f’ħin qasir fl-istess ġurnata biex ikunu jistgħu jintbagħtu lura Għawdex.

Nassiguraw lill-kelliema tal-Partit Laburista li dan il-Gvern dejjem żamm lil Għawdex fuq quddiem nett tal-prijoritajiet. Dan jgħodd b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa fejn f’dawn l-aħħar snin sar investiment kontinwu li baqa’ jtejjeb l-infrastruttura biex b’hekk ġew miżjuda u mtejba s-servizzi tas-saħħa f’Għawdex. Investiment ta’ miljuni ta’ ewro li ssarfu fl-introduzzjoni tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, Hyperbaric Unit ġdida, żewġ ambulanzi ġodda, proġetti ta’ manutenzjoni u tisbiħ fis-swali, l-eliminazzjoni tas-saqaf qadim tal-asbestos li kien jinħtieġ investiment qawwi u xogħol intensiv, l-egħluq tal-inċineratur, xiri ta’ sodod mekkanizzati u għamara oħra għas-swali. Investiment ta’ aktar minn €3 miljun li ssarraf fit-twaqqif ta’ Dipartiment tar-Radjoloġija ġdid attrezzat b’apparat mill-aktar modern li kien jinħtieġ investiment ta’ aktar minn €1.2miljun oħra biex jiġi kollegat mal-apparat f’Mater Dei u dipartimenti oħra f’Malta. Dan il-proġett jinkludi wkoll ristrutturar estensiv fl-Operating Theatres fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li fi ftit ġimgħat oħra ser ikunu qed jgħollu mhux ftit il-livell tas-servizzi f’dan l-isptar u s-servizzi tas-saħħa f’Għawdex. Dawn il-proġetti qed ikunu kumplimentati wkoll b’ristrutturar estensiv fil-kurriduri kollha tal-isptar li minbarra li jsebbħu d-dehra ġenerali qed jippreparaw ukoll is-servizzi marbuta ma’ proġett ta’ aktar minn €3.5miljun li permezz tiegħu ser tiġi nstallata Combined Heat and Power System  li ser iżżid l-effiċjenza fil-ġenerazzjoni tas-sħana u misħun madwar l-isptar filwaqt li tinkludi wkoll installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaiċi li ser inaqsu d-dipendenza fuq enerġija ġġenerata miż-żjut.

Mhux talli dan il-Gvern ma xxaħħaħx ma Għawdex, iżda minkejja l-kriżijiet finanzjarji li ħakmu lid-dinja l-gżira ta’ Għawdex baqgħet  fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern tul il-leġiżlatura kollha.  L-Għawdxin ma humiex ser igawdu biss minn dak kollu li ġie implimentat iżda ser jibqgħu igawdu mill-frott tal-ħidma ta’ dan il-Gvern f’dak kollu li ġie ppjanat u wasal fi stadu ta’ implimentazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow