Left arrow Go Back

INVESTIMENT F’INTRAPRIŻA ĠDIDA MINN KUMPANIJA LI TOPERA F’GĦAWDEX

pr2809
Date Icon 23/12/2012

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, attendiet għall-inawgurazzjoni ta’ prodotti ġodda li jolqtu diversi ħtiġijiet fl-industrija tal-bini u f’xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni u dekorazzjoni tal-bini. Dawn il-prodotti ser ikunu l-ewwel tax-xorta tagħhom manifatturati lokalment. Dan permezz ta’ investiment sostanzjali li sar minn kumpanija li għal dawn l-aħħar 30 sena kienet topera f’dan is-settur anke bħala aġenti ta’ prodotti simili ewlenin manifatturati barra minn Malta.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-prodotti RAproducts, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex faħħret din l-inizjattiva ġdida tal-kumpanija RA & Sons Ltd u fissret kif dan l-investiment jixhed il-kuraġġ u l-ħila tad-diretturi ta’ din il-kumpanija li bħal ħafna imprendituri Għawdxin għarfu dejjem jibdlu l-isfidi f’opportunitajiet. Il-Ministru għal Għawdex iddeskriviet din l-intrapriża ġdida bħala wirja ta’ fiduċja fil-potenzjal tar-riżorsi lokali li jinkorporaw ukoll il-ħila u l-kapaċita tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. Fuq kollox jixhed ukoll ir-riżultati miksuba mill-Gvern li b’deċiżjonijiet għaqlin u responsabbli għaraf jilqa’ għall-isfidi kbar li ġġenerat il-kriżi ekonomika globali tul dawn l-aħħar snin. ‘Għalhekk l-investiment ġdid li qed tagħmel din il-kumpanija jikseb valur addizzjonali u jirrifletti wkoll il-ħila ta’ bosta imprendituri Għawdxin oħra li kienu wkoll ta’ kontribut biex pajjiżna setgħa jilqa’ għal dawn l-isfidi’, qalet il-Ministru Giovanna Debono.

Hija żiedet tfisser kif il-qasam tan-negozji ż-żgħar huwa element li għandu relevanza qawwija fil-qasam tax-xogħol f’Għawdex. Fl-2011 in-numru ta’  dawk li jaħdmu għal rashom f’Għawdex kien jammonta għal 2,082 persuna li jfisser għaxra fil-mija tas-self employed kollha f’Malta u Għawdex.  Fl-istess sena kienu reġistrati 4,076 intrapriża f’Għawdex li kienu jħadmu sa disgħa minn nies. Dan ifisser li l-intrapriżi żgħar f’Għawdex kienu jlaħqu  6.5% fil-mija ta’ din il-kategorija fuq livell nazzjonali.

Is-sur Raymond Attard, direttur ta’ RA & Sons Ltd spjega kif wara li ilu jopera f’dan is-settur għal aktar minn 30 sena, sentejn ilu beda l-proċess f’din l-intrapriża ġdida. ‘Nemmen bi sħiħ li l-prodott manifatturat lokalment huwa tal-aqwa kwalità u fuq kollox adattat għall-ħtiġijiet tas-suq lokali kif ukoll dak barrani’, qal is-sur Attard.

Waqt l-inawgurazzjoni ingħatat aktar informazzjoni teknika u dettaljata lil dawk preżenti dwar dawn il-prodotti li ġew introdotti fis-suq mill-kumpanija RA & Sons Ltd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow