Left arrow Go Back

EKO-TRAKK GĦALL-KUNSILL LOKALI TA’ GĦAJNSIELEM MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr2804
Date Icon 21/12/2012

Permezz tal-iskema ta’ ekoGħawdex għall-Kunsilli Lokali Għawdxin, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem issa għandu wkoll eko-trakk li ser jintuża għax-xogħlijiet ġenerali fil-lokalità. Dan it-trakk li jaħdem bl-elettriku ser ikun ifisser inqas emissjonijiet f’Għajnsielem.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li x-xiri ta’ dan it-trakk huwa parti minn proġett ħolistiku propost mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem taħt din l-iskema, fejn dan il-Kunsill Lokali bbenefika mill-għajnuna massima ta’ €70,000. L-inizjattivi l-oħra jinkludu l-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin fejn il-ġimgħa li għaddiet tqiegħdet l-ewwel ġebla, u t-tindif ta’ parti minn Wied Simirat. Żiedet tgħid li dan il-proġett jolqot diversi għanijiet marbuta mal-kunċett EkoGħawdex fosthom l-ambjent, u l-kultura u l-identità. Il-Ministru Giovanna Debono faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem li dejjem ħadem għall-ġid tal-lokalità u kkollabora mal-Ministeru għal Għawdex fid-diversi proġetti li jolqtu l-lokalità.

Fl-aħħar snin il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu bil-għan li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-komunità ta’ Għajnsielem. Proġett ewlieni kien dak marbut mal-bini taċ-ċentru ċiviku li se jinkorpora l-uffiċċji tal-Kunsill, berġa, librerija u l-Għassa tal-Pulizija. Il-proġett ikompli jżid ma’ proġetti oħra li gawdiet minnhom din il-lokalità f’dawn l-aħħar snin. Uħud minnhom jinkludu: it-tisħiħ u t-tisbiħ li sar permezz tar-rikostruzzjoni tat-toroq bejn ix-Xatt u l-konfini ta’ Għajnsielem li jmissu max-Xewkija, il-bini tat-terminal il-ġdid, l-investiment qawwi fit-tisħiħ tal-faċilitajiet edukattivi fl-iskola primarja tal-lokalità u fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri. Bħalissa jinsab għaddej ukoll ix-xogħol fuq il-proġett taż-Żewwieqa.

F’Għajnsielem ġew installati wkoll żewġ xogħlijiet ta’ arti li kienu parti mill-Iskema tal-Arti fit-Toroq tal-Ministeru għal Għawdex. Hekk kif wieħed joħroġ mit-terminal fil-port tal-Imġarr isib jilqgħu l-mural tal-mużajk Merħba bil-Fjuri, xogħol l-artista Għawdxija Mary Portelli, filwaqt li fir-roundabout ta’ ħdejn il-ħeliport ġie installat Ambjent Naturali, ġurat kbir jistrieħ fuq xitla, maħdum  bl-azzar u r-ram mill-artist residenti Għawdex Paolo Giordanella.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow