SENA REKORD FL-INDUSTRIJA TAL-CRUISE LINERS
L-ammont ta’ passiġġieri bejn Jannar-Novembru 2012 diġà qabeż l-ammont totali ta’ passiġġieri fl-2011 li kienet sena rekord
In-numru ta’ passiġġiera bil-cruise liners li ġew Malta bejn Jannar u Novembru 2012 jikkonfermaw li din is-sena hija sena rekord f’dan is-settur. Fil-fatt bejn Jannar u Novembru 2012 diġà ġew Malta 590,630 passiġġiera bil-cruise liners li huwa l-ogħla numru ta’ passiġġieri li qatt ġew Malta f’sena sħiħa minn kemm ilhom jiġu cruise liners lejn pajjiżna. Din hija żieda ta’ 34,000 fuq it-total ta’ passiġġieri li ġew Malta bejn Jannar u Diċembru 2011, liema sena kienet sena rekord meta ġew 556,564 passiġġieri. Dan joħroġ mir-riżultat imħabbra mill-NSO illum għax-xahar ta’ Novembru.
Hu stmat li kull passiġġier ta’ cruise liner jonfoq minn tal-anqas €60 f’pajjiż li jfisser li s’issa l-passiġġieri tal-cruise liners ħallew madwar €35 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Din in-nefqa jgawdu minnha diversi ħwienet, mużewijiet, ristoranti, cafeterias u stabbilimenti oħra li jżuru l-passiġġieri waqt iż-żjara tagħhom f’Malta. Dan filwaqt li xi wħud mill-passiġġieri jirritornaw bħala repeat visitors u għalhekk din l-industrija tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tas-settur turistiku ta’ pajjiżna.
Ir-riżultati ippubblikati llum mill-NSO huma frott tal-kooperazzjoni li twettqu fl-aħħar snin bejn diversi stakeholders.
Fl-aħħar snin sar investiment għal titjib infrastrutturali marbut mal-industrija tal-cruise liners. Fl-aħħar jiem beda wkoll is-servizz tal-ferry mill-Cottonera sax-Xatt ta’ Lascaris biex imbagħad wieħed jkun jista’ jitla’ saċ-ċentru tal-Belt bil-Lift tal-Barrakka. Dan għalhekk jgħin ukoll l-aċċessibilità għall-passiġġiera tal-cruise liners lejn il-Belt Valletta u lejn it-tlett ibliet.
Il-Gvern huwa impenjat li jwettaq politika għaqlija li ssaħħaħ din l-industrija. Il-Politika tat-Turiżmu (2012-2016) toffri d-direzzjoni għat-tisħiħ tas-settur tal-cruise liners biex fis-snin li ġejjin, b’kooperazzjoni mal-istakeholders tibqa’ titwettaq politika li ssaħħaħ is-settur turistiku, l-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en