Left arrow Go Back

PROĠETTI LI QED JISWEW TA’ ĠID U SE JKOMPLU JISWEW TA’ ĠID GĦAL GĦAWDEX

pr2794
Date Icon 20/12/2012

Fi żjara li għamlet ġewwa ċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono fissret kif l-investiment li sar fil-bini ta’ estensjoni ġdida f’dan iċ-ċentru ssarfet u ser tkompli tissarraf f’opportunitajiet ta’ tagħlim matul il-ħajja għal bosta persuni Għawdxin. ‘Dan jgħodd ukoll għal bosta proġetti oħra li ħdimna fuqhom matul dawn is-snin, għax minbarra li għamlu differenza fil-kwalità tal-ħajja f’Għawdex ser ikomplu jkunu ta’ fejda anke fis-snin li ġejjin’, żiedet tgħid il-Ministru Debono.

Hija fissret kif ir-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex li sar fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura, sewa biex dan il-Ministeru seta’ jikkordina aħjar il-ħidma intensiva f’għadd ta’ proġetti li kienu għaddejjin kontemporanjament f’dawn l-aħħar snin.   Dawn il-proġetti ssarfu f’servizzi u faċilitajiet ġodda f’għadd ta’ setturi li jolqtu mill-qrib lil dawk kollha li jgħixu Għawdex. ‘F’Għawdex qatt ma rajna daqshekk xogħlijiet għaddejjin fl-istess waqt daqs dawk li twettqu jew għadhom qegħdin jitwettqu  f’din il-leġiżlatura’, qalet il-Ministru Giovanna Debono.

Filwaqt li fissret kif minbarra x-xogħlijiet koordinati mill-Ministeru għal Għawdex, fil-gżira saru wkoll proġetti oħra b’kollaborazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħra, il-Ministru Giovanna Debono qalet ukoll li minbarra investiment minn fondi nazzjonali, Għawdex ibbenefika minn miljuni ta’ ewro fi proġetti ko-finanzjati minn fondi Ewropej. Fost il-proġetti ewlenin li saru jew bdew jintużaw f’din il-leġiżlatura l-Ministru semmiet:

• Il-bini tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi

• Il-bini ta’ estensjoni għaċ-ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri

• Tisħiħ fiċ-ċentri tal-MCAST u l-Kampus tal-Università f’Għawdex

• Bini ta’ skola sekondarja ġdida għas-subien

• Sar il-masterplan dwar iċ-Ċittadella li llum qed iservi bħala gwida effettiva fl-għażla ta’

proġetti ta’ restawr u proġetti oħra li ġew approvati għal ko-finanzjament minn fondi

Ewropej

• Ġie msaħħaħ il-qasam turistiku tad-diving b’riżultat tal-proġett niche tourism for the island

of Gozo li permezz tiegħu twaqqfet ukoll Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

• It-twaqqif ta’ Dipartiment ġdid tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u r-

ristrutturar tas-swali tal-operazzjonijiet fl-istess sptar li ġew mgħammra b’apparat mill-aktar

modern

• L-eliminazzjoni kompleta tas-saqaf tal-asbestos madwar l-isptar kollu li serva wkoll biex

flimkien ma’ suffitti ġodda isir madum ġdid u xogħol ieħor fil-kuriduri kollha tal-isptar fejn

qed jiġu wkoll mgħoddija servizzi ġodda li ser ikomplu jtejbu l-effiċjenza u l-ambjenti fl-

isptar

• Ristrutturar estensiv fi Ġnien Villa Rundle li llum ġie mgħoddi lura lill-pubbliku fi stat ferm

isbaħ

• Inawgurat ġnien ġdid f’Marsalforn

• Inbnew mill-ġdid 20 kilometru ta’ toroq minn tarf sa ieħor ta’ Għawdex

• Dawn il-proġetti komplew jiġu msebbħa b’xogħlijiet artistiċi permezz tal-iskema l-Arti fit-

Toroq bi tmien biċċiet tal-arti diġà installati fuq il-post

• Tikber bi tmien darbiet is-sistema ta’ pannelli fotovoltaiċi fuq il-bejt taċ-ċentru

amministrattiv fil-Ministeru għal Għawdex

• Inawgurat iċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta li jilqa’ fih persuni adulti b’diżabilità

• Jinfetaħ ‘crisis intervention centre’

• Proġetti ta’ restawr fosthom il-Kappella ta’ Santa Ċeċilja, id-Dar tal-Gvernatur, is-Silos u x-

xelters fiċ-Ċittadella, torrijiet u siti storiċi oħra

• Il-proġett ta’ restawr u stabilizzazzjoni tal-ħitan tas-swar li għaddej fiċ-Ċittadella

 b’investiment ta’ €7 miljun

• Il-bini tat-terminal tal-Imġarr u żieda fl-ispazju għall-ġarr tal-vetturi fuq il-vapuri tal-Gozo

       Channel

• Dan il-proġett hu ikkumplimentat bil-bini ta’ terminal ieħor ġdid fiċ-Ċirkewwa

• L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ trasport ġdida li tħammeġ anqas u toffri servizz aħjar

• Il-bini ta’ biċċerija ġdida

• Il-ftuħ ta’ Ċentru għall-iskart goff

• Beda x-xogħol fiż-Żewwieqa Waterfront u għaddej ukoll xogħol biex il-Farm tal-Gvern

jinbidel f’Ċentru ta’ Innovazzjoni fix-Xjenzi rurali u l-Ambjent

Il-Ministru għal Għawdex fissret kif dawn kienu biss uħud mill-proġetti ewlenin li twettqu f’dawn l-aħħar snin barra xogħol u inizjattivi oħrajn li komplew itejbu s-servizzi u l-faċilitajiet f’diversi setturi fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ekonomija, il-qasam soċjali, il-kultura u l-ambjent. 

Kompliet tgħid li matul dawn il-ħames snin ġew implimentati wkoll il-miżuri miġbura fil-pjan ta’ azzjoni marbut ma’ ekoGħawdex. Dawn kienu jinkludu fost oħrajn tindif fil-widien li żied il-ħażna tal-ilma tax-xita b’aktar minn 43 miljun litru, programm ta’ afforestazzjoni f’siti pubbliċi f’Għawdex, kif ukoll aktar minn 60 proġett li twettqu fil-lokalitajiet kollha madwar Għawdex permezz ta’ żewġ skemi b’investiment ta’ madwar €2.5 miljun.

‘Dan kollu qed jiswa u ser jiswa ta’ ġid għal poplu Għawdxi kollu filwaqt li jkompli jsaħħaħ ukoll il-qasam tax-xogħol f’Għawdex u  l-potenzjal ta’ din il-gżira bħala  destinazzjoni turistika’, qalet l-Onor. Giovanna Debono.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow