Left arrow Go Back

IL-MINISTRU FRANCIS ZAMMIT DIMECH F’LAQGĦAT MAL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TALJAN GIULIO TERZI

pr2787
Date Icon 19/12/2012

Illum, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Dott. Francis Zammit Dimech, kellu laqgħa uffiċċjali f’Ruma mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Giulio Terzi di Sant’Agata. Din il-laqgħa f’Ruma saret wara stedina li kienet estiża waqt telefonata ta’ awgurju li l-Ministru Terzi għamel lill-Ministru Zammit Dimech, eżatt wara l-ħatra tiegħu ta’ Ministru.

Il-laqgħa uffiċċjali tal-lum hija waħda sinifikattiva fis-sens li tkompli twettaq it-triq ta’ diskussjoni u skambji ta’ idejat skont il-Memorandum t’Għarfien fuq Djalogu Politiku Strutturat bejn iż-żewġ pajjiżi u twitti t-triq għal xogħol fil-ġejjieni bejn iż-żewġ naħat fuq aspetti bilaterali, Ewropej u Mediterranji tal-politika estera.

Infatti, fost it-temi diskussi kien hemm suġġetti ta’ importanza bilaterali bħal koperazzjoni dwar it-tqassim ta’ frekwenzi televiżivi u tar-radju, l-immigrazzjoni irregolari  u l-koperazzjoni fis-settur tat-tiftix u s-salvataġġ u l-proġett tal-interkonnessjoni elettrika bejn Malta u l-Italja. Ta’ min isemmi li f’dan ir-rigward il-Ministru Terzi informa lill-Ministru Zammit Dimech li, rigward il-proġett tal-interkonnessjoni elettrika,  minn naħa tal-gvern Taljan ser  jinħarġu l-permessi kollha meħtieġa sal-bidu ta’ Frar 2013

Temi oħra li ġew diskussi waqt din il-laqgħa kienu s-sitwazzjoni fil-Libja, is-sitwazzjoni li qed tkompli tiggrava fis-Sirja u s-Summit 5 + 5 (Western European Dialogue) li sar f’Malta f’Ottubru li għadda. Ġiet diskussa wkoll il-kwistjoni li għandha l-Italja dwar il-Marò Taljani li jinsabu arrestati fl’Indja.

Iż-żewġ naħat qablu li għandu jitkompla fil-livelli kollha, il-proċess ta’ koordinazzjoni u djalogu miftuħ, u għal dan l-iskop li ssir laqgħa f’livell tekniku fi Frar tas-sena d-dieħla.

Wara l-laqgħa ta’ bejniethom, il-Ministri Francis Zammit Dimech u Giulio Terzi di Sant’Agata indirizzaw flimkien konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attendew numru ta’ ġurnalisti u rappreżentanti tat-televiżjoni Taljana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow