Left arrow Go Back

IL-PAZJENT IGAWDI MINN AKTAR SERVIZZI FIL-KOMUNITÀ - BERĠA ĠDIDA FL-IBRAĠĠ

pr2777
Date Icon 18/12/2012

Dalgħodu nfetħet uffiċjalment berġa oħra fl-Ibraġġ fil-bini ta’ madwar il-Knisja.  Din il-berġa ingħaqdet mal-lista ta’ 42 berġa oħra li d-Dipartiment tal-Kura Primarja għandu f’lokalitajiet differenti. 

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li l-Gvern għaraf mill-bidu li l-iżvilupp fil-kura primarja hija essenzjali biex tissaħħaħ, is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna.  “Il-Politika tagħna f’dan il-qasam kienet ċara, u dan wassal għal titjib fis-servizz. Fil-fatt qed naraw żieda fl-użu tas-servizzi tal-kura primarja.  Biżżejjed ngħidu li s-sena li għaddiet ingħataw aktar minn miljun servizz (għal popolazzjoni ta’ inqas minn nofs miljun) mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, li 155,000 servizz minnhom ingħataw fil-bereġ” qal il-Ministru Cassar.

Joe Cassar qal l-Kura Primarja qed tissaħħaħ b’diversi mezzi.  Hu fakkar li bħalissa għaddej xogħol estensiv ta’ tisbiħ fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, fejn ladarba jitlesta x-xogħol se jkun hemm ukoll l-ewwel operating theatre għal operazzjonijiet żgħar li se jkunu jistgħu jsiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa.  Wasal biex jibda wkoll xogħol estensiv fuq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat li ser iwassal biex il-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu filwaqt li l-pazjent jingħata servizz f’post aktar atrezzat.   

Qed isir ukoll xogħol ta’ tisbiħ fil-Bereġ u tħabbar li issa jmiss jibdew xogħolijiet fuq il-bereġ ta Santa Luċia u Ħ’Attard.  Il-Ministru qal li sabiex il-persuni li għandhom id-downs syndrome jingħataw kura mill-istess professjonisti matul ħajjithom, infetħet Downs Syndrome Clinic fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara.  Sar ukoll pass importanti hekk kif is-sistema tal-IT tal-Kura Primarja ġiet integrata ma’ dik tal-isptar Mater Dei. Dan ifisser inqas karti u servizz aktar malajr u effiċjenti. 

Filwaqt li rrimarka li fadal xogħol xi jsir, il-Ministru Cassar fakkar ukoll il-proposti li kienu saru sabiex jiġu żviluppati Regional Hubs fil-komunita li, flimkien ma’ numru ta’ kliniċi, is-servizz fil-komunità jieħu spinta l-quddiem.  Joe Cassar qal li l-iskop ewlieni hu dak li l-pazjent jinqeda f’lokalità qrib tiegħu.

Hu rringrazzja lill-Kappillan tal-Ibraġġ Fr Tony Agius li qiegħed jipprovdi l-bini fejn saret il-klinika, kif ukoll lis-Sindku tas-Swieqi, is-Sur Noel Muscat.

Is-Sur Muscat irringrazzja lill-professonisti tas-saħħa li se jwasslu s-servizz fil-lokalità.  Hu qal li l-popolazzjoni tal-lokalità qiegħha dejjem tiżdied u għalhekk din il-berġa se tkun tassew utli.  Hu qal li l-berġa eventwalment se tiċċaqlaq biex tifforma parti miċ-ċentru ċiviku ġdid li qiegħed jinbena ftit il-bogħod mill-Knisja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow