Left arrow Go Back

JIFTAĦ GRAWND TAL-FUTBOL ĠDID F’SAN VINĊENZ DE PAUL

pr2766
Date Icon 16/12/2012

Se jkun qed jintuza mill-klabb u n-nursery ta’ Luqa St Andrew’s FC, mill-ħaddiema ta’ San Vincenz u mill-anzjani

Illum il-ġurnata il-poplu Malti qed isir aktar konxju tal-importanza tal-attività fiżika u l-isport fil-ħajja tiegħu, u għalhekk il-Gvern ħadem qatiegħ biex mhux biss jipprovdi programmi sportivi għall-faxxex ta’ nies differenti, fosthom nisa, anzjani, tfal, żgħażagħ u persuni b’diżabilità iżda qiegħed ukoll jinvesti f’faċilitajiet sportivi tal-ogħla kwalità. Fost l-opportunitajiet sportivi għall-anzjani l-Gvern nieda l-Programm tal-KMS Senior Citizens on The Move, fejn qed isiru attivitajiet sportivi għall-anzjani fir-residenza San Vinċenz de Paul u fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal Qroqq bla ħlas. Flimkien mal-KMS qed isiru wkoll programmi mixi għall-anzjani u programmi ta’ attivita’ fiżika fic-centri ta’ matul il-jum. Minn naħa l-oħra t-tfal illum qed jiġu introdotti għall-isport sa minn eta’ żgħira fl-iskejjel u wara l-ħinijiet tal-iskola bi programmi mill-KMS u fin-nurseries tal-għaqdiet sportivi li l-Gvern qiegħed jidħol bi sħab magħhom biex jinvestu bil-għan li tixxettel il-kultura sportiva. 

Dan kien il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli, u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea, meta flimkien mal-President tal-MFA, is-Sur Norman Darmanin Demajo, u n-Nutar Dr Carmel Martinelli, President ta’ Luqa St Andrews FC inawguraw uffiċjalment il-grawnd San Vinċenz De Paul li se jkun qiegħed jilqa’ fih it-tim u n-nursery ta’ Luqa St Andrew’s Football Club għat-taħriġ. Il-grawnd se jużawh ukoll l-istaff ta’ San Vincenz de Paul u l-anzjani.

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal li wara talbiet li huwa rċieva kemm mill-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz de Paul u minn Luqa St. Andrew’s FC biex ikollhom faċilitajiet sportivi fejn jilgħabu u jitħarrġu, l-Gvern iddeċieda li jgħaqqad  iż-żewġ talbiet fi proġett wieħed. Huwa qal li b’hekk il-Gvern seta’ jimmassimizza r-riżorsi tiegħu u seta’ jinvesti bi sħab mal-MFA f’dan il-grawnd modern illi sewa mal-€400,000. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ ftehim li ntalħaq bejn il-Gvern u l-MFA matul din il-leġiżlatura saru 40 grawnd tal-football ġdid u 12 oħra qed jinbnew biex sal-2013, ikunu tlestew 52 grawnd tal-football ġdid. Huwa tenna li minn dawn il-grawnds qed igawdu madwar 10,000 tifel u tifla li huma rreġistrati man-nurseries. 

L-Onor Puli awgura kull suċċess lill-klabb ta’ Luqa St. Andrew’s FC, f’amministrazzjoni tajba, bil-valuri tal-fair play u b’investiment fit-tfal tan-nursery. 

Min-naħa tiegħu Mario Galea spjega kif ir-Residenza esperjenzat proċess ta' bidla. Illum tilqa' madwar 1200 anzjan u timpjega iktar minn 1000 persuna fi gradi differenti. 

Mario Galea qal li fir-Residenza San Vincenz de Paul isiru:

5,500 vjagg tat-trasport  kull sena.


Jiddedikaw 21,000 siegħa ta’ tindif kull sena. 


Il-carers  jaghmlu kwart ta’ miljun siegha  ta’ caring kull sena.


In-nurses iwettqu 600,000 siegħa ta’ nursing kull sena.


Jinħaslu 700 kilo ta’ laundry kuljum u jinbiddlu aktar minn 2000 liżar kuljum.


Il-fiżjoterapisti jagħmlu  madwar 6000 viżta kull sena.


It-tim tal-maintenance jagħmlu 5500 biċċa xogħol ta’ maintenance kull sena.


L-entertainment section tagħmel madwar  2500 event kull sena.


Il-kċina ssajjar 2800 ikla kuljum.

Waqt is-serata saru wkoll diskorsi mill-President tal-MFA, is-Sur Norman Darmanin Demajo u mill-President ta’ Luqa St Andrew’s FC Dr Carmel Martinelli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow