STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
L-Onor Leo Brincat irid jibqa’ jipprova jitfa’ t-tajn, u ma jiddejjaq xejn jikkontradixxi lilu nnifsu.
Il-fatt li l-proġetti li jiġġeneraw energija mix-xemx jirrikjedu meded kbar ta' art jagħtu raġun lill-Gvern li fil-pjan tiegħu għall-ġenerazzjoni ta' enerġija minn sorsi nodfa alloka 0.7 fil-mija tal-miri tiegħu li ser jiġu minn enerġija solari.
Jekk xejn kien l-Onor Brincat, u l-Oppożizzjoni li għoġobhom jikkritikaw dan il-pjan billi bħas-soltu jippruvaw joħolqu dubji mingħajr ma joffru alternattiva. Il-fatt li dan il-proġett ta' pannelli fuq 67,000 metru kwadru ta' soqfa pubbliċi se jwassal biex jintlaħaq 0.1 fil-mija tal-miri nazzjonali jikkonferma kemm pajjiżna għandu restrizzjonijiet tal-art għal proġetti simili. Imma għall-Onor Brincat l-importanti li jikkritika u li jiżra d-dubji.
Din il-Feed-In-Tarriff tobbliga lill-kumpanija li rebħet dan il-kuntratt biex twettaq l-investiment kollu marbut mal-installazzjoni tal-panelli fotovoltajiċi u tinstalla wkoll strutturi biex jieħdu fuqhom dawn il-pannelli peress li dawn iridu jitpoġġew fuq soqfa antiki jew soqfa ta’ ġibjuni.
L-aħħar stqarrija tal-Onor Brincat tikkonferma li għall-Oppożizzjoni l-importanti mhux l-interess nazzjonali imma dak partiġġjan.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en