Left arrow Go Back

IL-ĦWIENET TAL-BELT IKOMPLU JINVESTU, JOĦOLQU AKTAR KUMMERĊ U JŻIDU L-IMPJIEGI

pr2748
Date Icon 13/12/2012

Il-ħwienet tal-Belt qed ikomplu jinvestu, joħolqu l-kummerċ u jżidu l-impjiegi u dan grazzi għal diversi skemi u inċentivi li l-Gvern qed joħloq għas-sidien tal-ħwienet, sabiex dawn ikomplu jkabbru u jżiedu l-impjiegi. Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, l-Onor. Jason Azzopardi meta kien qed iżur żewġt iħwienet ġodda, kif ukoll ħwienet oħra li jinsabu fi Triq ir-Reppublika fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Azzopardi tkellem ma’ wħud mis-sidien tal-ħwienet, li kollha kellhom kliem ta’ tifħir għal kif sejjer il-bejgħ għal żmien il-Milied li għadu fil-bidu tiegħu u li aktar ma jersqu qrib l-festi, aktar se jkompli jiżdied. Uħud minnhom faħħru l-inizjattivi tal-Gvern sabiex ikompli joħloq aktar aċċessibilità u kummerċ fil-Belt Kapitali. Il-Ministru Azzopardi rrefera għal proġett kbir tal-MCP Car Park li se jissarraf f’żieda ta’’l fuq minn 400 parkeġġ u li se jkun qed joħloq aċċessibilita għal dawk kollha li jagħzlu li jagħmlu l-qadi tagħhom fil-Belt Valletta. B’hekk Azzopardi qal, se jkunu qed jissaħħu wkoll in-negozji tal-Belt u tenna li l-Gvern jimpurtah min-negozji u jrid joffrilhom l-aħjar soluzzjoni sabiex dawn ikomplu jikbru u jissaħħu. 

Bidla radikali oħra li nltaqtet tajjeb ukoll mis-sidien tal-ħwienet tal-Belt, hija l-iskema volontarja tal-kiri għall-ħwienet, li l-Gvern ħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, fejn se jkun qed joffri lis-sidien tal-ħwienet fil-Belt li bħalissa qegħdin jikru l-ħwienet tagħhom mingħand il-Gvern b’kera ta’ 6 xhur 6 xhur, l-possibilità li jkollom kirja ta’ 45 sena. Il-Ministru qal li din l-iskema se tkun qed tgħin lil diversi sidien ta’ ħwienet sabiex ikollom aktar aċċess ħieles għal self mill-banek. Barra minn hekk din l-iskema se tkompli tgħin sabiex jinħoloq aktar kummerċ u aktar impjiegi. Qal li dan huwa mod ieħor ta’ kif  l-Gvern jissalvagwardja l-interessi tan-negozji tal-Belt u joffrilhom s-sigurta u s-serħan il-moħħ li għandhom bżonn .

Fiż-żjara ta’ dalgħodu l-Ministru Azzopardi żar żewġt iħwienet ġodda li fetħu fi Triq ir-Reppublika, wieħed tal-ħwejjeg u l-ieħor tad-deheb. Dawn iż-żewġt iħwienet komplew iżidu  l-ħwienet tagħhom ma’ dawk li diġà għandhom. Bil-ftuħ ta’ dawn iż-żewġ stabbilimenti, is-sidien tan-negozju  bejniethom investew miljuni ta’ Ewro u ħolqu aktar impjiegi ġodda. Il-Ministru Azzopardi qal li din hija turija ċara li l-investituri lokali għandhom fiduċja fl-ekonomija ta’ pajjiżna u b’hekk qed ikomplu jiftħu l-istabbilimenti ġodda, jinvestu, jkabbru l-operat tagħhom u joħolqu aktar impjiegi ġodda.

Il-Ministru Azzopardi spjega li fl-aħħar leġiżlatura, l-Gvern ħoloq katina ta’ inċentivi u skemi sabiex jgħin lin-negozji kollha Maltin u Għawdxin ikomplu jikbru, fosthom iż-żewġ skemi ta’ fejda li tant għenu lin-negozji; l-Microinvest li permezz tagħha 1700 negozju ingħataw aktar minn 11.5-il miljun Ewro fi tnaqqis tal-income tax u l-MicroCredit li sal-llum ibbenefikaw minnha aktar minn 440 negozju, li sselfu 38 miljun Ewro u li flimkien investew ’l fuq minn 60 miljun Ewro. Semma wkoll il-Business First, il-one stop shop li joffri aktar minn 50 servizz tal-Gvern taħt saqaf wieħed, li sal-lum għamlu kuntatt miegħu mad-9000 sid tan-negozju. Bidla radikali oħra kienet dik tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju, li fissret tnaqqis ta’ burokrazija, aktar flessibilità u effiċjenza. Semma wkoll iż-zieda fil-ħruġ tal-liċenzji kummerċjali li fl-2008 kienu jammontaw 15,838 u illum ġew jammontaw għal  17,255. Dawn, qal l-Ministru huma ftit mill-inċentivi li l-Gvern ħoloq fl-aħħar 5 snin għan-negozji żgħar sabiex jgħinhom ikomplu jinvestu, jikbru u jsaħħu l-ekonomija Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow