SKEMA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJAGĦAL KORSIJIET LIFELONG LEARNING 2012-13
Aktar nies qed jipparteċipaw f’korsijiet organizzati kull livell lokali.
L-Assistent Parlamentarai l-Onorevoli Beppe Fenech Adami illum għamel żjara fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fejn kellu l-opportunita li jkun prezenti għall uħud mill-korsijiet offruti lir-residenti adulti li qegħdin jiġu organizzati minn dan il-Kunsill bħala parti mill-iskema li ġiet varata għat-tielet sena konsekuttiva mill-Gvern Ċentrali.
Wara s-suċċess tas-sentejn li għaddew fejn numru ta’ Kunsilli Lokali offrew opportunità ta’ tagħlim għall-adulti fil-lokalità tagħhom permezz ta’ skema bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi hdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ghal darb’ohra din is-sena regghet giet varata din l-Iskema tal-Lifelong Learning.
Minn meta bdew dawn il-korsijiet fl-2005 kienu pparteċipaw 12-il Kunsill Lokali. Dan in-numru tela’ għal 38 Kunsill Lokali fl-2011 bil-parteċipazzjoni ta’ ’l fuq minn elf resident adult, ghal 32-il Kunsill Lokali din is-sena; u l-istudenti telghu minn 957 fl-2011 ghal 1036 ghall-2012. Beppe Fenech Adami qal li riżultati bħal dawn ikomplu jsaħħu l-fehma tagħna li skema bħal din għandha tibqa’ titħaddem.
Dawn il-korsijiet huma mmirati għall-adulti ta’ ’l fuq minn sittax-il sena u l-korsijiet iwasslu għall-kwalifika fl-ewwel livell fil-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki (M.Q.F. level 1). Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja qed joffri mill-ġdid korsijiet fil-livell bażiku fil-Malti, l-Ingliż u s-Somom.
F’diversi kunsilli Lokali f’Malta jigu offruti dawn il-korsijiet : Il-Malti bħala Lingwa Barranija (Maltese for foreigners), l-Ingliż bħala Lingwa Barranija (English for foreigners), il-Franċiż, l-Ġermaniż, l-Ispanjol, t-Taljan, ir-Russu, l-Għarbi, ix- Xogħol tal-Bizzilla (Lace-Making) u kors relatat ma’ Energy Saving Initiatives at Home. Il-korsijiet huma offruti minn edukaturi tal-adulti kwalifikati u jdumu 32 ġimgħa b’kuntatt ta’ 96 siegħa (bejn Ottubru 2012 u Mejju 2013) u l-adulti ghandhom l-ghazla li jakkwistaw kwalifika rikonoxxuta fuq il-Qafas Malti tal-Kwalifiki.
Ir-residenti huma mħegga javviċinaw lil kunsilli lokali tagħhom għal aktar tagħrif dwar dawn l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en