MIDALJA TAL-FIDDA LID-DIRETTORAT TAR-RESTAWR GHALL-KONTRIBUT LEJN IL-WIRT KULTURALI MALTI
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rebħ tal-midalja tal-fidda fil-kategoriji kollha tal-awards mgħotija minn Din l-Art Helwa lid-Direttorat tar-Restawr tal-kontribut lejn il-Wirt Kulturali Malti.
Dan il-premju huwa riżultat tal-ħidma li l-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr, li b’ħidma ma taqta’ xejn, qed iwettqu xogħol impekkabbli fuq il-wirt storiku ta’ pajjiżna. Dan hu partikolarment bil-proġett tal-akbar restawr li qatt sar f’pajjiżna fuq il-fortifikazzjonijiet fl-Imdina, l-Belt, ic-Cittadella u l-Birgu, li qed iseħħ b’investiment u b’għajnuna minn fondi ewropej ta’ €36 miljun.
Dan il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ ċentru interprettativ dwar il-fortifikazzjonijiet li wkoll ingħata l-premju Prix d’Honneur f’Kategorija A. Dan iċ-ċentru li fil-ġimgħat li ġejjin li jiftaħ il-bibien tiegħu, se jkun qiegħed jaqdi funzjoni importanti li juri mhux biss is-sbuħija ta’ pajjiżna iżda wkoll jfiehem minn x’hiex għadda pajjiżna u l-wirt arkitettoniku kbir li għandna.
Dan il-mużew b’mod interattiv se jedukana u jgħallimna aktar dwar l-istorja u l-importanza ta’ dawn is-swar billi ċ-ċentru se jkollu wkoll teatru adio-viżiv, librerija kif ukoll spazju għal workshops.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali filwaqt li jifraħ lir-rebbieħa, jirringrazzja lil ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan il-qasam b’risq il-ħarsien tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en