Left arrow Go Back

ĊERIMONJA TAL-GRADWAZZJONI FL-MCAST

pr2694
Date Icon 07/12/2012

Il-gradwati tal-MCAST żdiedu bi 22%

Din il-ġimgħa l-MCAST qed jirrikonoxxi l-kisbiet ta’ 625 student li temmew korsijiet li jwasslu għal Higher National Diploma u lawrji fil-grad ta’ Baċellerat matul is-sena akkademika li għaddiet.  Dan ifisser żieda ta’ 22% fuq in-numru ta’ gradwati fl-istess livelli, is-sena li għaddiet.

Fi tliet ċerimonji, li saru din il-ġimgħa, 190 student iggradwaw b’lawrji fil-grad ta’ Baċellerat tal-Arti (Honours) jew Baċellerat tax-Xjenza (Honours), waqt li 435 oħra se jirċievu ċertifikati ta’ korsijiet ta’ Higher National Diploma jew oħrajn fl-istess livell (Livell 5 MQF).

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina qalet li dan juri s-suċċess li qed jikseb l-MCAST li hu l-ogħla istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni vokazzjonali f’pajjiżna u jġib fix-xejn il-kritika inġusta li ssir lil dan il-Kulleġġ li minn meta fetaħ għaxar snin ilu kellu storja kontinwa ta’ suċċessi, mhux biss għalih imma wkoll għal eluf ta’ studenti li għaddew minnu.

L-MCAST illum joffri firxa wiesa’ ta’ opportunitajiet edukattivi biex iż-żgħażagħ ikomplu bl-istudji tagħhom. Il-Gvern qed ikompli jinvesti bil-kbir f’din l-istituzzjoni edukattiva, kemm f’dawk li huma riżorsi umani, għodda għat-tagħlim kif ukoll f’bini ta’ kampus ġdid li se jiswa €130 miljun.

Il-Ministru ħabbret li l-ewwel studenti, se jidħlu fl-ewwel binja tal-kampus il-ġdid fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.

Bħal fil-każ ta’ gradwati mill-Università, anke il-gradwati tal-MCAST ma jdumux ma jsibu impjieg. Infatti Malta għandha l-aħjar rata fl-Ewropa ta’ studenti li jsibu impjieg malajr wara li jiggradwaw.

F’din l-okkażjoni l-Ministru għamlet enfasi partikolari fuq l-istudju tax-xjenzi.  Is-sena li għaddiet, l-MCAST waqqaf Istitut ġdid tax-Xjenzi Applikati.  Dan l-Istitut li għadu fil-bidu tiegħu għandu rwol importanti ħafna biex inħajru aktar żgħażagħ jistudjaw fl-oqsma tax-xjenza. Għalhekk irrid nappella lil min jiggwida liż-żgħażagħ meta jiġu biex jagħżlu l-karriera li jridu jagħmlu, li jżomm ukoll quddiem għajnejh l-opportunitajiet li qed joffri dan l-istitut ġdid.

Is-suċċess tal-MCAST qed jikkontribwixxi bil-kbir għas-suċċess li laħaq pajjiżna fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u avanzata fejn ir-rata ta’ parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ ta’ 17-il sena telgħet għal 82% is-sena li għaddiet minn 43% li kienet fl-1999.  Dan kien possibbli għall-investiment qawwi li għamilna fl-aħħar snin biex saħħaħna l-istituzzjonijiet Post-Sekondarji, bħall-MCAST, b’apparat modernizzat u faċilitajiet oħra filwaqt li żidna n-numru ta’ korsijiet f’diversi setturi u livelli.

Il-Ministru awgurat lill-gradwati l-ġodda, li huma wkoll ikollhom suċċess fil-karriera tagħhom u issa jibdew jagħtu huma wkoll il-kontribut tagħhom lejn l-ekonomija tal-pajjiż, li għenhom sakemm waslu fejn qegħdin illum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow