Left arrow Go Back

SKEMA BIEX AKTAR KAROZZI JAĦDMU BL-AUTOGAS, GĦAL AMBJENT NADIF U LIVELL TA’ SAĦĦA AĦJAR

pr2680
Date Icon 05/12/2012

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, illum ħabbar id-dettalji ta’ skema li qed tinċentiva lis-sidien tal-karozzi biex il-karozzi jinqalbu biex jaħdmu wkoll bl-autogas. karozzi li jaħdmu b' autogas iniġġżu anqas u diġà insibu f’pajjiżna numru ta’ vetturi li nqallbu biex qed jaħdmu bl-autogas.

L-iskema se tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2013, se tinċentiva lil min jeqleb il-karozza tiegħu għall-autogas  billi jingħata rifużjoni ta' €200, u tibqa' fis-seħħ sakemm jibbenefikaw 1,000 persuna.  Din l-iskema qed issir b’investiment ta’ €200,000.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fuq formoli pprovduti apposta u li se jkunu jistghu jinkisbu mill-website www.mrra.gov.mt wara l-1 ta’ Jannar 2013 u għandhom jaslu fil-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kif indikat fuq il-Formoli. l-aplikant irid l-ewwel jiġi bl-applikazzjoni u jkun wara biss li tingħata grant letter li jkun jista jaghmel il-conversion.

L-iskema hija applikabbli għal individwi privati iżda teskludi vetturi li ma jintużawx għat-trasport personali.  Vetturi użati għall-skopijiet sportivi u muturi fost oħrajn mhumiex inkużi fl-iskema. L-applikant irid ikun is-sid rreġistrat tal-vettura li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni.  L-għotja hija limitata għal vettura waħda għal kull dar.    Familja li tkun ibbenifikat minn għotjiet oħra dwar ix-xiri tal-vettura  ma hiex eliġibbli għal għotja taħt din l-iskema.

Biex vettura tibbenifika minn din l-iskema trid tilħaq dawn il-kriterji:

i. jkollha magna 2 ltr jew inqas;

ii. tkun liċenżjata fit-triq mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2009;

iii. il-vettura tkun reġistrata għal użu fit-triq ma’ Transport Malta;

iv. il-konversjoni tal-autogas tkun saret minn persuna kompetenti skont il-lista ta’ persuni pprovduta mill-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi;

v. tilħaq l-istandards ta’  UN ECE 67 u UN ECE 115 – standards applikabbli għas-sistema ta’ konverżjoni;

vi. l-apparat installat u s-sistema jkunu ttestjati skont il-Kodiċi ta’ prattika tal-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi.

Il-Ministru Pullicino qal li dan il-pass ukoll għandu jgħin biex ikolna katar arja nadifa u ngawdu minn livell ta’ saħħa aħjar. Hu kkalkulat li jekk 10% tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Ewropa jikkonvertu għal din is-sistema ta’ fjuwil, f’sena, l-Europa tnaqqas 350 miljun tunnellata ta’ CO2. Huwa kkalkulat ukoll li fl-istess perijodu jkunu frankati €20 biljun f’external costs mill-Gvernijiet inkluż spejjeż tas-saħħa relatati mat-tniġġiż fl-arja, filwaqt li l-familji Ewropej ikunu ffrankaw €41 biljun f’konsum. 

L-Autogas huwa diġà użat minn aktar minn 7 miljun karozza fl-Ewropa. Dan kollu jgħin ukoll fil-miri tat-tnaqqis tal-gassijiet serra li l-Unjoni Ewropea fasslet li għandhom jintlaħqu sas-sena 2020.

f’Awwissu 2010 f’pajjiżna ħarġu regolamenti li jagħmlu possibbli l-bidla (conversion) għall-karozza biex tkun tista’ taħdem bl-Autogas. Din tista’ ssir minn persuni awtorizzati mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Fil-preżent huma 19-il kumpaniji li huma awtorizzati biex iwettqu dan ix-xogħol. Id-dettalji ta’ min jista’ jwettaq dan ix-xogħol ikunu updated fuq is-sit eletroniku tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi www.mra.org.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow