Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2665
Date Icon 04/12/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-konferenza stampa tal-Onor Leo Brincat.  Leo Brincat, kif għamel f’okkażjonijiet oħrajn, jasal għal konklużjonijiet infondati magħmulin biss għal sensazzjonaliżmu.

L-Onor Brincat jagħżel li jinjora l-argumenti magħmula mill-WS kemm fir-rapport tal-awditur kif ukoll fid-diversi stqarrijiet u informazzjoni li ngħatat inkluż fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari.  Din mhux l-ewwel darba li biex jipprova jitfa’ t-tajn, l-Onor Brincat saħansitra spiċċa biex żelaq fin-niexef.  L-Onor Brincat żbalja:

• fuq l-Awdituri tal-WasteServ meta qal li nbiddlu għax kienu kkritikaw, meta filfatt kienu ġew kkonfermati;

• meta qal li bl-iskart tal-ħġieġ f’Wied Fulija ma kien qed isir xejn, iżda propju fl-istess ġurnata tal-istqarrija tiegħu ammont qawwi ta’ ħġieġ kien qed jitgħabba fuq vapur biex jiġi esportat;

• fuq interpretazzjoni ta’ statistika marbuta mas-separazzjoni tal-iskart meta kien qed uża ċifri li kienu antiki;

• meta vvinta li qed jiġu impurtati karkassi biex ikunu trattati fl-inċineratur, u rapport indipendenti qal li din ħrafa.

L-Onor. Brincat għal darb’oħra qed jipprova jħawwad l-imħuħ u jibni argument fuq premessa żbaljata.

Fost l-argumenti li ressaq Leo Brincat illum huwa għoġbu jsemmi l-kuntratt lil kumpanija privata biex tipprovdi servizzi ta’ ħaddiema biex jaħdmu fl-impjanti tal-WasteServ.  Kuntrarjament għal dak li ta x’jifhem Leo Brincat il-valur tal-aġġudikazzjoni kien abbażi tal-management fee (commission) għal kull ħaddiem u ma kienx jinkludi spejjeż oħra bħal pagi, bonuses u allowances. B’hekk il-valur tat-tender mhux veru li tela’ minn miljun għal tletin miljun Ewro peress li t-tletin miljun jinkludi wkoll l-ispejjeż tal-pagi li ma kinux inklużi fil-valur tal-kuntratt.  Ta’ min jgħid ukoll li kull estensjoni għall-kuntratt oriġinali kellha dejjem l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti.  Dan kollu ġie spjegat b’mod dettaljat mill-WasteServ lill-Awditur

L-Onor. Brincat ma jistax jittieħed bis-serjetà. L-Onor Brincat u l-Oppożizzjoni li llum qed jgħid li jaqbel mal-immaniġjar tal-iskart, dejjem fixklu l-pjani tal-Gvern biex mill-iskart li pajjiżna jipproduċi jkun trattat u tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Dott. Muscat, illum Kap tal-Oppożizzjoni, kien saħansitra ħeġġeġ biex tinġabar petizzjoni kontra l-immodernizzar tal-Impjant ta’ Sant’ Antnin u jtellef il-fondi Ewropej għal Malta. Li kien għall-Oppożizzjoni l-Magħtab ma ngħalqitx u pajjiżna għadu juża dik il-miżbla mingħajr kontroll b’riskji għas-saħħa tal-bniedem.

Il-fatt li l-immaniġjar tal-iskart f’pajjiżna hu storja ta’ suċċess iweġġa’ l-Partit Laburista, u għalhekk qed jiprova jisforza biex iċajpar dak li bil-fatti dan il-Gvern wettaq f’dan il-qasam, minkejja t-tfixkil kollu tal-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow