Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI WAQT IL-FTUĦ UFFIĊJALI TAT-TRIQ IL-ĠDIDA MIX-XEWKIJA SAR-RABAT, F’GĦAWDEX U TA‘ TRIQ IL-MARFA FIL-MELLIEĦA. IT-TLIETA 4 TA’ DIĊEMBRU, 2012

pr2662
Date Icon 04/12/2012

Bi pjaċir illum qed niftaħ uffiċjalment dawn iż-żewġ toroq, kruċjali għall-infrastruttura ta’ pajjiżna –  t-triq li mix-Xewkija twassal sar-Rabat f’Għawdex u Triq il-Marfa fil-Mellieħa.

Proġetti li jkolli nammetti sibna problemi mhux ħażin hekk kif kien qed isir ix-xoghol. Biss biss insemmi li hawnhekk f’Għawdex, sibna ammont sostanzjali ta’ fdalijiet storiċi u x-xogħol kellu jieqaf biex ikunu studjati u ppreservati.

Fil-proġett l-ieħor, dak ta’ Triq il-Marfa, il-problemi kienu kkawżati prinċiparjament mill-maltemp li laqgħat lill-pajjiżna tul il-bidu ta’ din is-sena u anke minħabba li kuntrattur ma kellux biżżejjed ħaddiema biex jaħdmu fuq dan il-proġett.

Din it-triq f’Għawdex, li kienet l-itwal fost il-proġetti kollha, hija ta’ 3.1km apparti d-9.4km ta’ toroq li ntużaw bħala rotot alternattivi. Il-proġett hawn sewa ’l fuq minn 12-il miljun ewro. B’dawn il-fondi mhux biss saret it-triq il-ġdida u t-toroq alternattivi iżda wkoll inbnew 3 ġibjuni li bejniethom jesaw 720 metru kubu ta’ ilma.

It-triq tal-Marfa kienet b’tul ta’ 2.5km u saru wkoll tul ta’ 3km toroq li intużaw bħala rotot alternattivi. Dan il-proġett sewa kważi tmien miljun ewro. Barra l-kostruzzjoni mill-qiegħ tat-triq, tul Triq il-Marfa inbnew wkoll 3 ġibjuni għall-ħażna ta’ l-ilma. Il-ġibjuni jesaw elf u mitt metru kubu ta’ ilma.

F’dan iż-żewġ toroq, li x-xogħol fuqhom beda f’Marzu tas-sena li għaddiet, u fuqhom ħadmu aktar minn 300 ħaddiem f’xi ħin jew ieħor.


Noti ġenerali:

Il-Proġetti tat-TEN-T network jiswew mas-47 miljun ewro li minnhom l-Unjoni Ewropea qed tħallas 85% tal-ispiża eliġibli, bil-Gvern Malti jħallas il-bqija tal-ispiża.

It-toroq li lestejna huma:

Il-bypass ta’ M’Scala
Triq Valletta fiż-Żurrieq
Triq Kunsill ta’ l-Ewropa f’Ħal Luqa
Triq Garibaldi fil-Marsa
Xatt l-Għassara ta’ l-Għeneb u Moll iċ-Ċangatura
Triq il-Marfa fil-Mellieħa
Triq li mix-Xewkija twassal saċ-ċentru tar-Rabat f’Għawdex.

Kull proġett jgħaddi minn skrutinju indipendenti ta’ testjiiet u huwa biss meta TM tirċievi performance results ta’ kwalità li toħroġ il-complianace certificate. Fil-każ fejn ikun hemm partijiet minn toroq mhux ċertifikati l-kuntrattur ikun imġiegħel jaqla’ x-xogħol jew jitnaqqaslu l-ħlas mis-somma dovuta lilu.

Fil-fatt f’dawn iż-żewġ toroq li qed insemmu llum, TM għadha qed tistenna xi riżultati ta’ testijiet biex imbagħad jinħareġ il-compliance certificate u TM tkun tista’ toħroġ il-pagamenti finali lill-kuntratturi. Jekk iċ-ċertifikat ma’ joħroġx, il-kuntrattur irid isewwi il-partijiet tat-triq fejn ma’ laħqux il-kwalità rikjesta.

Minn dejjem kont ninsisti li fejn ix-xogħol mhux tajjeb u ta’ periklu għas-sewwieqa, dan għandu jinqala’ immedjatament a’ spejjeż tal-kuntrattur.

Il-Proġetti tat-TEN-T ix-xogħlijiet jikkonsistu:

• F’xogħlijiet ta’ asfaltar fuq it-toroq ta’ devjazzjoni;
• kostruzzjoni mill-ġdid tat-triq mill-pedimenti;
• Twessiegħ u irranġar tal-alignment tat-triq. It-tqegħid ta’ servzzi ġodda u installazzjoni ta’ diversi  service culverts;
• Il-bini ta’ gibjuni għall-ilma tax-xita u installar ta’ sistemi ta’ gbir għall-istess ilma;
• L-installazzjoni ta’ dawl LED li biex jiżdied l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, sinjali tat-traffiku u żebgħa tat-toroq, sinjali ta’ direzzjoni u, crash barriers;
• Kostruzzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ u hitan tal-lqugħ,
• Introduzzjoni ta’ tħawwil ta’ pjanti, siġar u titjib simil ieħor,
• Introduzzjoni ta’ faċilitajiet għal kull min qed jagħmel użu mit-triq – pedestrian crossings, bus stops, bankini u xi cycle lanes bħal fil-każ taċ-Ċirkewwa
• U l-asfaltar ta’ total ta’ 15-il kilometru ta’ toroq fil-madwar tal-proġetti biex iservu ta’ toroq alternattivi waqt li jkun qiegħed isir ix-xogħol.

Id-disinji l-ġodda tat-toroq arterjali kollha li saru f’dawn l-aħħar ħames snin jinkorporaw fihom wkoll landscaping li jixraq u jsebbaħ lit-toroq tagħna. Mhux hekk biss iżda naraw li l-landcaping li sar ma joħloqx periklu għal kull min juża t-triq.

Fuq kollox it-toroq il-ġodda huma attrezzati b’dawn apposta li jgħin lis-sewwieq bil-lejl u li fuq kollox huma energy saving.


Toroq li fadal:

Il-Bypass ta’ Penellu fil-Mellieħa


Ix-xogħol fuq il-bypass ta’ Pennellu għaddej kif ippjanat madanakollu x-xogħol ma jistax isir matul il-lejl kif ippjanat minħabba ilmenti tar-residenti u wara talba tal-lukandi li hemm fl-inħawi.

Dan il-proġett jiswa għaxar miljun ewro oħra (€10m)


L-Underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa

Hawnhekk ukoll sfortunatament instabu fdalijiet arkeoloġiċi li sal-lum għadhom qed ikunu investigati mis-Superintendenza tal-Wirt Kulturali.

Ix-xogħol hawnhekk, kif ħabbarna x-xahar li għadda x-xogħol kellu jieqaf minħabba li x-xogħol ta’ skavar irid ikompli fix-xhur tas-Sajf.

Dan il-proġett qiegħed isir bi spiża ta’ għaxar miljun ewro u nofs (€10.5m)


Malta – Gozo Tunnel Link

Bħalma tafu r-rapport preliminari dwar il-mina bejn Malta u Għawdex kien konkluż u ppubblikat f’April li għadda. Minn dan l-istudju ħareġ li hemm 4 possibilitajiet ta’ disinji.

Transport Malta issa lestiet t-tender biex jibdew isiru l-feasibility studies. Dan it-tender jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti biex joħroġ fil-jiem li ġejjin.

Permezz ta’ dan it-tender jintagħżel il-koordinatur ta’ diversi studji li jridu jsiru fosthom dawk tekniċi, ambjentali u soċjali. 


Konklużjoni

Minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum investejna madwar 80  miljun ewro fi proġetti ta’ toroq arterjali u disrtibutorji.  Dan jinkludi biss il-proġetti ta’ rikostruzzjoni u ma jinkludix ix-xogħlijiet extensivi ta’ patching fuq in-network u naturalment ma’ jinkludix xogħol fuq toroq residenzjali fil-lokalitjajiet. 

Mill-2008 sal-2013 qed nitkellmu dwar madwar 17 KM  ta’ toroq arterjali u distributorji li huma essenzjali għal pajjiżna.
Rigward it-toroq residenzjali mill-2008 sal-lum investjena mal-20M Ewro fuq toroq  residenzjali.  S’issa lestejna 450 triq residenzjali. Bħalissa qed isiru madwar 14 oħra u diġà hemm kuntratti mogħtija għal 29 triq ġdida oħra. Dan barra t-300 triq li  qed isiru mill-Kunsilli Lokali flimkien mal-privat.

Matul din is-sena se nkunu għamilna wkoll b’madwar sitt miljun ewro f’patching fuq it-toroq tagħna (2011-2012), li fil-maġġoranza kienu link roads, toroq li suppost jaqgħu taħt r-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.


Qed jiġi finalizzat ukoll ix-xogħol ta’ pavimentar taċ-ċentru tal-Belt Valletta. L-investiment hemmhekk huwa ta’ €2.5miljun.

Dawn il-proġetti kollha li saru tul dawn l-aħħar snin fissru mhux biss infrastruttura aħjar, u anqas inċidenti fatali, iżda fissru għixien għal mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin. Biss biss fuq it-toroq kellna 25 kuntrattur jaħdem li bejniethom iħaddmu madwar 1500 ruħ.

Ħafna minnhom jistqarru li kieku l-Gvern ma ħoloqx il-proġeti ta’ toroq u dawk kapitali, fl-aħħar erba’ snin kienu jispiċċaw ikeċċu l-ħaddiema.

Dan jagħmilna kburin bħala Gvern għax mhux biss se nħallu pajjiż ħafna aħjar milli sibnieh,  b’eżempju ċar huma t-toroq, iżda ħloqna x-xogħol għall-poplu tagħna biex ikollu għixien aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow