Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ KODIĊI TA’ ETIKA GĦALL-GĦALLIEMA

pr2652
Date Icon 03/12/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina varat Kodiċi ta’ Etika u Prattika għall-Għalliema li għandu jirrifletti aħjar it-tibdil kontinwu li qed isir fid-dinja ta’ madwarna, mhux l-anqas fil-qasam tal-edukazzjoni.  Dan il-Kodiċi se jieħu post kodiċi li kien jeżisti iżda li sar titjib fuqu biex ikun jirrifletti r-realtajiet tal-lum.

F’diskors li għamlet il-Ministru fakkret li ħadd minna ma jgħix f’vakum. Ngħixu f’soċjetà demokratika li titlob minn  kull wieħed u waħda minnha, skont ir-rwol li għandna fis-soċjetà, imġieba korretta u ċivili fil-konfront tal-oħrajn.

Dan il-Kodiċi se jkompli jsaħħaħ il-prinċipji ta’ mġieba u prattiċi tajbin għall-Għalliema f’Malta u Għawdex. Bħalissa qed jitfasslu Kodiċi simili għall-Kindergarten Assistants u għal Learning Support Assistants.  L-iskop tagħhom hu li jkunu ta’ gwida prattika għall-professjonisti fl-iskejjel, meta jiġu biex jieħdu deċiżjonijiet, li minħabba x-xogħol importanti tagħhom żgur li se jkollhom jieħdu ta’ spiss.

Din hi gwida ta’ kif nixtiequ li jimxu l-għalliema tagħna.  Iżda l-Kodiċi mhux dokument li se jagħti risposta għal kull sitwazzjoni li tista’ tinqala.  Għalhekk l-għalliema jridu jirriflettu u jadottaw dawn il-prinċipji b’mod kritiku skont is-sitwazzjoni li jkunu ffaċċjati biha.

Il-professjoni li għandha influwenza sinifikattiva fuq il-ħajja tat-tfal.  Studju li sar identifika sitt fatturi li jinfluwenzaw lill-istudent: l-istudent inniffsu, id-dar, l-iskola, il-kap tal-iskola, il-ħbieb u l-għalliem. L-istudju wera li l-istudent inniffsu għandu 50% effett fuq dak li jista’ jwettaq. Dan kien segwit bl-għalliem li għandu 30% effett fuq l-istudent. Dan ifisser li l-għalliem l-aktar li għandu effett fuq l-istudent u għalhekk inħeġġeġ lill-għalliema kollha biex dan iżommuh il-ħin kollu f’moħħhom.

Dan hu aktar importanti meta l-lum fil-klassijiet tagħna għandna studenti b’abbiltajiet imħallta u allura jimxu b’pass differenti minn xulxin iżda lkoll għandhom dritt indaqs għat-tagħlim.  Ma kull wieħed mill-istudenti fdati f’idejhom l-għalliema jridu jimxu daqs li kieku dawn kienu uliedhom stess. Hekk titlob l-etika – li tagħmel ma’ ħaddieħor dak li trid li jsir miegħek jew ma’ min hu għażiż għalik.

Dan il-Kodiċi ta’ Etika jippromwovi il-valuri li rridu nosservaw fil-ħidma tagħna li huma dawk tal-ġustizzja, rispett, integrità u responsabbiltà.

Dawn il-valuri inpoġġuhom fil-prattika billi nagħtu servizz ta’ kwalità kemm fil-klassi kif ukoll fil-komunità, inkunu onesti u accountable. Irridu nkunu kommessi li f’ħidmietna nimxu b’ġustizzja u nneħħu kull preġudizzju li jista’ jkollna u nagħmlu deċiżjonijiet ġusti li ma jkunux diskriminatorji.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni saħqet li l-għalliem għandu obbligu li joħloq esperjenzi pożittivi ta’ tagħlim li jkunu jinvolvu lill-istudent, jimmotivawh u joffrulu sfida, f’ambjent inklussiv u f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja biex nassiguraw li jkollha ċittadini tajbin.

L-għalliem irid iżomm relazzjonijiet professjonali mal-istudenti, mal-ġenituri tagħhom, mal-kollegi u ma’ stakeholders oħra.

Niftakru li l-istudent u anke s-soċjetà iħarsu lejn l-għalliem bħala mudell u għalhekk irid ikun ta’ eżempju kemm fl-iskola kif ukoll fis-soċjetà. Dan il-Kodiċi ta’ Etika u Prattika għandu jservi ta’ gwida tajba lil kull għalliem biex b’imġiebtu jkompli jżomm fil-għoli r-rispett li l-professjoni tal-għalliema tgawdi fis-soċjetà Maltija.

L-Avukat Edward Camilleri, Chairman tal-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema tkellem dwar il-prinċipji li fuqhom hu bbażat dan il-Kodiċi filwaqt li l-Viċi President tal-MUT Marco Bonnici tkellem dwar sehem l-MUT fit-tfassil ta’ dan il-Kodiċi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow