Left arrow Go Back

BIDLA RADIKALI GĦALL-ĦARSIEN AĦJAR TAL-PATRIMONJU NAZZJONALI

pr2648
Date Icon 03/12/2012

Dalgħodu l-Ministru Jason Azzopardi nieda White Paper li permezz tagħha u tal-abbozz tal-liġi li qed jiġi preparat għall-konsultazzjoni pubblika l-Gvern qed jipproponi bidla radikali għall-ħarsien aħjar tal-patrimonju nazzjonali.

Il-Ministru Jason Azzopardi spjega kif il-Gvern Malti hu sid ta’ dik il-proprjetà f’Malta li m’hijiex proprjetà privata.  Parti mill-proprjetà tal-Gvern qed jiġi propost li tkun dikjarata bħala “demanju pubbliku” (public domain) u għalhekk ikun jistħoqqilha l-ogħla forma ta’ protezzjoni għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, bħal proprjetà ta’ valur estetiku, storiku u kulturali (eż. Fortifikazzjonijiet).

Permezz ta’ dan l-abbozz ta’ liġi, l-Gvern qed jissottometti ruħu għall-iskrutinju pubbliku u parlamentari bla preċident kull meta jkun irid jitrasferixxi xi proprjetà li tkun fid-demanju pubbliku.  F’dak il-każ għalhekk il-Gvern ikollu jgħaddi liġi fil-parlament speċifikament għal kull meta jkun irid jagħmel tali trasferiment.  Dan spjega l-Ministru Jason Azzopardi, hu att ta’ kuraġġ u umilta da parti tal-Gvern li minn jeddu u unilateralment qed jintrabat li jpoġġi lilu nnifsu għal tali skrutinju.  Dan iwassal għal aktar trasparenza u Good Governance.  Il-Gvern lest li joħloq restrizzjonijiet fuqu nnifsu fl-amministrazzjoni futura ta’ din il- proprjetà peress li qed jobbliga ruħu li jamministraha bħala fiduċjarju għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Dan juri wkoll viżjoni fit-tul għal dan il-Gvern li permezz ta’ dan l-abbozz qed jiġi msaħħaħ il-pubbliku u l-NGOs li jkunu jistgħu jitolbu lill-Gvern biex jirreġistra proprjetà pubblika bħala public domain u għalhekk ikun jixraqilha l-ogħla forma ta’ ħarsien.

Il-Gvern, spjega l-Ministru Jason Azzopardi qed jipproponi qabża kbira ta’ kwalità u paradigm shift fil-ħarsien tal-Wirt Nazzjonali.  Dan qed isir biex qatt ma jerġà jkollna f’pajjiżna min jagħti fortifikazzjonijiet għat-trobbija tal-annimali kif kien ġara bil-Forti Binġemma fl-1981 u l-Forti Bengħajsa, żewġ fortifikazzjonijiet li l-Ministru Jason Azzopardi ħabbar dalgħodu li ħa jerġgħu lura għand il-Gvern b’pussess vakanti fil-futur qarib.

Filwaqt li dan l-abbozz ser iħares id-drittijiet tal-privat li ġew akkwistati mod validu fil-proprjetà li tinsab fid-dominju pubbliku, qed iħares ‘l-quddiem lejn ġejjieni fejn iż-żoni sbieħ ta’ pajjiżna u dawk ta’ importanza storika u kulturali jiġu preservati għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Preżenti wkoll għal din il-konferenza kien hemm is-Sinjura Simone Mizzi, President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Helwa, is-Sinjura Astrid Vella, koordinatriċi ta’ Flimkien għal-Ambjent Aħjar, is-Sur Mario Farrugia, Chairman u CEO ta’ Fondazzjoni Wirt Artna u s-Sur Vince Attard, President Nature Trust. Dawn il-partijiet kollha ferħu lill-Gvern għal dan il-proġett u għal proposti tiegħu u laqgħu b’sodisfazzjon dan il-pass enormi ‘l-quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u l-ispazji pubbliċi. Huma qalu li dan huwa Att ta’ kuraġġ u għodda utli mmens fl-immaniġjar ta’ dawn is-siti li ser jagħti serħan il-moħħ u ċertezza kemm għal pubbliku u kif ukoll għan-nies involuti fil-kummerċ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow