Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK

pr2643
Date Icon 03/12/2012

Valletta – Ħamrun – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ - Siġġiewi – Ħaż-Żabbar –Xgħajra – M’Scala – B’Buġa – Żejtun – M’Xlokk

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqogħdu il-Belt Valletta, il-Ħamrun, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, M’Scala, B’Buġia, iż-Żejtun, M’Xlokk u li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-jiem li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.

Għaldaqstant, il-pazjenti li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-dijabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u tal-Ħal Qormi huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-Iskema.  Id-dokumenti jinkludu:

1.         Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skont kif japplika]

2.         Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]

Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard.  Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lill-pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista’ tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow