Left arrow Go Back

ĊERIMONJA TAL-GRADWAZZJONI TAL-ISTITUT GĦAL STUDJU TURISTIĊI -

pr2640
Date Icon 30/11/2012

Illum gradwaw l-istudenti tal-ITS li temmew il-kors ta’ Diploma u Higher National Diploma b’suċċess tul is-sena li għaddiet. Flimkien ma’ dawn, lestew il-kors ukoll studenti oħra f’livelli ta’ Certificate, Foundation u ESTS (Extended Skills Traineeship Scheme), biex b’kollox hemm 219-il gradwat din is-sena. Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina saħħqet illi l-gradwati tal-ITS jirrapreżentaw il-potenzjal kbir ta’ aktar żviluppi f’dan is-settur f’Malta għax għandhom ġo fihom l-ideat ġodda kollha u n-know how sabiex dan is-settur jiġi xxprunat ‘l quddiem.

Il-Ministru qalet li filwaqt li hu evidenti li din l-istituzzjoni hi storja oħra ta’ suċċess, l-ITS fasslet viżjoni ġdida sentejn ilu, sabiex din l-istituzzjoni tista’ tkompli tikber. Din il-viżjoni tirrapreżenta pjan ta’ kif l-ITS ser tkompli tħarreġ ħaddiema ta’ kwalità fis-settur tat-turiżmu, inkluż lil min diġà jaħdem fis-settur u jixtieq ikompli jtejjeb il-kwalità ta’ ħajja tiegħu  Il-viżjoni ġdida tal-ITS hija msejsa wkoll fuq l-istrateġija li żviluppa l-Gvern (Viżjoni 2015) li tagħraf lis-settur turistiku bħala wieħed mis-seba’ pilastri ewlenin tal-pajjiż.

Il-Ministru saħħqet li l-istudenti qegħdin fiċ-ċentru tal-viżjoni tal-ITS, liema viżjoni hija imsejsa fuq il-prinċipji ta’ kwalità u rilevanza ta’ tagħlim, innovazzjoni, u żvilupp ħolistiku tal-ħiliet sabiex l-istudenti jgħarrfu jkunu għodda importanti fl-industrija – għodda ta’ xogħol u servizz ta’ kwalità, u għodda ta’ żvilupp innovattiv. Bħala parti mill-pjan għall-ITS għall-ġejjieni, il- Ministru semmiet ukoll pjanijiet għal kampus ġdid għall-ITS fi snin li ġejjin.

Il-Ministru faħħret l-ITS li din is-sena ngħatat personalità legali permezz ta’ liġi li ġiet ppublikata f’Mejju din is-sena, li permezz tagħha l-ITS saret awtonoma u tista’ tikber dejjem aktar u tkompli fil-ħidma tagħha b’mod aktar effetiv. Il-Ministru irreferiet għal dan il-pass bħala promotion għall-ITS.

Il-Ministru sellmet ukoll lill-gradwati tal-ITS li ġejjin minn pajjiżi barranin u awgurat ukoll illl-gradwati kollha sabiex ikomplu fit-tagħlim tagħlim tagħhom tul ħajjithom. Irringrazzjat lill-Bord tal-Gvernaturi, il-management, il-lekċerers u l-ħaddiema kollha tal-ITS.

Waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, tkellment ukoll gradwata Jessica Magri, li bħalissa qed tkompli l-istudji tagħha fl-Universita’ ta’ Malta. Hija tkellmet dwar l-esperjenza tagħha tul 4 snin fl-ITS, u qalet li l-edukazzjoni u t-taħriġ li ħadet fl-ITS ippreparawha tajjeb ħafna kemm għad-dinja tax-xogħol kif ukoll għall-ħajja akkadmika ġewwa l-Università. Hija saħħqet illi tagħraf bis-sħiħ ir-relevanza ta’ kull aspett ta’ tagħlim li rċiviet l-ITS u spiċċat id-diskors tagħha billi qalet “if I could, I would do it all over again”.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow