STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr2618
28/11/2012
Dr Tonio Borg jirreżenja minn Ministru. Dr Francis Zammit Dimech se jinħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin
Dr Tonio Borg illum ippreżenta l-ittra tar-riżenja minn Ministru, lill-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’laqgħa li saret fil-Berġa ta’ Kastilja rringrazzja lil Tonio Borg tas-servizz li ta lil pajjiżna tul is-snin li dam jokkupa l-kariga ta’ Ministru. Il-Prim Ministru awgura lil Tonio Borg fil-kariga ġdida li se jassumi.
Fin-12.30 p.m. se ssir il-ħatra ta’ Dr Francis Zammit Dimech bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin responsabbli wkoll għall-Affarijiet Parlamentari. Francis Zammit Dimech se jieħu l-ġurament ta’ Ministru fil-Palazz tal-President.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en
pr2618a.pdf