Left arrow Go Back

MIJIET TA’ FAMILJI JZURU L-KUMPLESS AMBJENTALI TA’ SANT’ ANTNIN F’WIED IL-GHAJN WAQT L-OPEN DAY

pr2591
Date Icon 25/11/2012

Mijiet ta’ familji żaru l-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’ Antnin f’Wied il-Għajn li fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku illum. Il-familji kellhom l-opportunità li jżuru l-operat tal-impjant filwaqt li kien hemm ġurnata ta’ divertiment  għall-familja kollha.

Dan il-Gvern dawwar l-iskart f’Riżorsa. Minn dak li wiehed jarmi llum nipproduċu l-enerġija nadifa. Dan permezz  tal-kumpless ambjentali Sant’Antnin f’Wied il-Għajn li sar biex;

•      tiżdied is-separazzjoni tal-iskart f’pajjiżna;

•      l-iskart ikun sfruttata bhala rizorsa u b’hekk parti mill-iskart jiġi esportat għar-riċiklaġġ;

•      parti oħra mill-iskart isir il-kompost minnu;

•      mill-iskart nipproduċu l-elettriku;

•      b’anqas skart u b’anqas użu ta’ fuel intejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, titjieb il-kwalità tal-arja u ngawdu saħħa aħjar.

B’dan l-impjant li sar b’investiment ta’ €27 miljun b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern seta’ jkompli jinċentiva n-nies biex jisseparaw l-iskart, u għalhekk fl-2008 inbdiet is-sistema ta’ separazzjoni tal-iskart mid-djar permezz tal-iskema Irricikla t-Tlieta. Bejn l-2008 u Settembru 2012 inġabru madwar 35,000 tunnellata ta skart ġewwa l-MRF, apparti l-iskart riċiklabbli li ġie proċessat ġewwa faċilitajiet privati. Ma dawn wieħed irid izżd 25,000 tunnellata ta’ skart isepparat miġbur mill-Bring-in Sites.

Illum iċ-Ċentri biex jilqgħu fihom skart goff fil-Magħtab, l-Imrieħel, Ħal Far, Hal Luqa, u x-Xewkija Għawdex, qed joperaw u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jindraw mill-pubbliku.  F’dawn l-aħħar ħames snin, il-WasteServ ġabret aktar minn 85,000 tunnellata ta’ skart goff domestiku minn dawn is-siti.

Bl-iskart isepparat miġbur għar-riċiklaġġ il-WasteServ esportat aktar minn 1700 container (tal-40 pied) bejn l-2009 u  Settembru  2012.

Il-kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin ġie inawgurat fl-intier tieghu f’Novembru tas-sena 2010 bl-aħħar estenzjoni tiegħu tkun il-Mechanical Biological Treatment Plant (MBT Plant) madwar 88,000 tunnellata ta’ skart ġew trattati fl-MBT Plant kemm ila topera din il-facilità li qed twassal biex mill-iskart tkun iġġenerata l-enerġija nadifa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow