Left arrow Go Back

AKTAR MINN 18,000 PERSUNA ĦADU SEHEM F’ATTIVITAJIET SPORTIVI ORGANIZZATI KUNSILLI LOKALI FL-AĦĦAR 4 SNIN

pr2581
Date Icon 23/11/2012

Għall-ħames sena konsekuttiva il-Kunsilli Lokali qed jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fi skema li permezz tagħha jorganizzaw attivitajiet sportivi għal kulħadd fil-komunitajiet tagħhom. Din l-informazzjoni ingħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli flimkien mal-Assistent Parlamentari Beppe Fenech Adami.  

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli ħabbar li bejn l-2009 u l-2012, 18,026 persuna ipparteċipaw f’459 attività sportiva organizzati mill-Kunsilli Lokali permezz tal-Iskema ta’ Inizjattivi Sportivi immexxija mill-Kunsill Malti għall-Isport. Huwa qal li din l-iskema qed tgħin lill-Gvern fil-missjoni tiegħu li jxettel kultura sportiva fost il-poplu Malti għaliex l-attivitajiet sportivi qed jittellgħu qrib l-individwu fil-komunità. Huwa saħaq li l-Gvern jemmen fil-valuri tal-isport, u għal dan il-għan qiegħed jipprowovi il-kunċett ta Sport għall-Kulħadd. Hu żied li sena wara l-oħra qed jiżdiedu l-Kunsilli Lokali li qed jipparteċipaw f’din l-iskema bl-ammont jitla’ minn 24 Kunsill Lokali fl-2009 għall-26 Kunsill Lokali din is-sena. Hu sostna wkoll li l-attivitajiet sportivi mtella żdiedu wkoll minn 84 attività fl-2009 għal 120-il attività din is-sena. Żdiedu wkoll il-numru ta’ parteċipanti minn 4,500 fl-2009 għal 5,145 din is-sena. L-Onor. Puli qal li fl-aħħar 4 snin u nofs il-Gvern mhux biss ħoloq programmi sportivi ġodda għall-faxxex differenti ta’ nies fosthom Schools on the Move, Girls on the Move, Adults on the Move, Senior Citizens on the Move u l-programmi ta’ wara l-iskola fi skejjel primarji u sekondarji iżda ipprovda diversi faċilitajiet biex jintużaw mill-Kunsilli Lokali u mill-pubbliku ġenerali. Fil-fatt il-Gvern qed jiftaħ il-Kumplessi Sportivi tal-Kottonera, tal-Marsa u Tal-Qroqq u ta’ Ħal Kirkop għall-pubbliku, filwaqt li sar investiment kbir fil-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel biex wara l-ħinijiet tal-iskola jitgawdew mill-komunità.  

L-Assistent Parlamentari Beppe Fenech Adami qal li l-Gvern qed jivvota €120,000 sabiex jitella’ dan il-programm għaliex jemmen li l-isport huwa importanti għas-saħħa ta’ kull individwu ta’ kull eta’. Huwa saħaq li permezz ta’ din l-iskema l-Kunsilli Lokali qed jieħdu l-inizjattiva u jtellgħu programmi sportivi fil-komunità. L-Onor Fenech Adami qal li grazzi għal din l-inizjattiva mill-Gvern ċentrali, in-nies qed jitrawmu fl-isport fil-komunità tagħhom.   

Il-Kunsilli Lokali li ipparteċipaw f’din l-iskema fl-2012 kienu l-Belt Valletta; il-Birgu; il-Fgura; il-Fontana; il-Gudja; Għajnsielem; l-Għarb; Ħal Għargħur; Ħal Għaxaq; L-Iklin; Ta' Kerċem; Hal Lija; Hal Luqa; il-Mellieha; l-Mtarfa; il-Munxar; in-Nadur; in-Naxxar; Ħal Qormi; il-Qrendi; is-Siġġiewi; San Pawl il-Bahar; ix-Xagħra; ix-Xewkija; ix-Xlendi u  iz-Zurrieq. Dawn il-Kunsilli Lokali tellgħu diversi attivitajiet sportivi fosthom aerobics, pilates, għawm, lezzjonijiet ta’ fitness u festivals sportivi fost oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow