TRASPORT BLA ĦLAS BEJN IĊ-ĊENTRI TAS-SAĦĦA TAL-MOSTA U BIRKIRKARA
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għandu l-pjaċir jinfurma lill-pubbliku li sejjer ikun hemm servizz ta’ transport bla ħlas bejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara. Dan is-servizz huwa maħsub sabiex klijenti mill-Mosta li għandhom problema sabiex jaslu saċ-Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ikunu moqdija aħjar. Is-servizz sejjer jibda minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru u sejjer jopera mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħinijiet li ġejjin:
Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta | Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
6.30 am | 7.30 am |
8.30 am | 9.30 am |
10.30 am | 11.30 am |
12.30 pm | 2.30 pm |
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li huma 21494960, 21494961, jew 21494962.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en