Left arrow Go Back

JOB START WORKSHOP

pr2535
Date Icon 19/11/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina dalgħodu żaret Job Start Workshop li qed isir fl-iskola sekondarja tal-bniet tal-Kulleġġ San Benedittu, maħsuba biex studenti tal-aħħar sena jingħataw tagħrif dwar kif eventwalment iħejju ruħhom għax-xogħol.

Din l-inizjattiva qed titmexxa mill-Career Advisor tal-Kulleġġ San Benedittu u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. L-istudenti kollha tal-Form V se jkollhom iċ-ċans jattendu għal dawn il-workshops li huma mifruxa fuq tliet ijiem.  Wara t-tielet jum l-istudenti jingħataw ċertifikat mill-ETC.

L-iskop ta’ dawn il-workshops hu li jibdew jippreparaw lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol b’mod prattiku.

Matul dawn is-sessjonijiet l-istudenti jiġu murija kif jiktbu ittra ta’ applikazzjoni għal impjieg; iħejju cv; jagħrfu x’inhuma l-ħiliet u l-kwalitajiet tagħhom u kif dawn se jpoġġuhom fis-cv u jużawhom waqt xi intervista għax-xogħol, kif u fejn għandhom ifittxu x-xogħol u kif għandhom iġibu ruħhom waqt l-interview, kif jilbsu, kif joqgħodu quddiem min qed jintervistahom, body language u hints oħra.

Din hi t-tielet sena li qed issir din l-inizjattiva.  Fl-ewwel sena ibbennefikaw minnha 11-il studenta, is-sena li għaddiet 81 studenta u din is-sena qed jibbenefikaw 88 studenta.

L-inizjattiva tista’ titqies bħala eżerċizzju kumplimentari għall-esperjenza tal-Job Exposure fejn wara li l-isudenti jkunu esperjenzaw x’jiġri f’post tax-xogħol, issa jkunu ggwidati mill-career advisor, liema karriera hi l-aktar adattata għalihom u kif jistgħu jaslu għaliha.

F’kelmtejn lill-istudenti il-Ministru Cristina qalet li dawn il-workshops huma utli għax jibdew jgħinu lill-istudenti għall-futur tagħhom. Madankollu hi enfasiżżat il-ħtieġa li l-istudenti ikomplu jistudjaw biex ikunu f’pożizzjoni aħjar li jagħżlu karriera li toffrilhom futur aħjar u tagħtihom sodisfazzjon.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow