Left arrow Go Back

L-ANZJANI HUMA GĦAL QALB IL-GVERN: GRAZZI GĦAL POLITIKA EKONOMIKA B’SAĦĦITHA PAJJIŻNA SETA’ JSAĦĦAĦ L-GĦAJNUNA BIEX L-ANZJANI JGĦIXU KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR

pr2529
Date Icon 16/11/2012

Il-Gvern għandu politika ċara fejn jidħlu l-anzjani.  L-anzjani dejjem kienu għal qalbna. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Mario Galea waqt iż-żjara li għamel flimkien mal-Ministru Tonio Fenech fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Ir-residenza llum tlaħħaq mal-1200 resident. Iktar minn 1000 ħaddiem huma impjegati f’din ir-Residenza. 

Mario Galea tkellem dwar l-investiment tal-Blokka Ġwanni Pawlu II: li tilqa’ 144 resident bid-dimensja. Dan il-proġett sewa 9 miljun ewro. Il-gvern f’din il-legislatura tella’ n-numru ta’ sodod għall-anzjani għal 900 aktar milli kien hemm fil-bidu tal-leġislatura.

Il-Gvern illum qed jonfoq €1.8 miljuni f’pensjonijiet u servizzi bħal djar tal-anzjani u servizzi komunitarji.

Mario Galea qal li llum għandna lista twila ta’ servizzi biex l-anzjan jgħix komdu u b’dinjità f’daru stess u fil-komunità fejn għex u trabba. Fost is-servizzi ta’ min isemmi tliet Night shelters  li jinsabu ż-Żejtun, il-Mellieħa u r-Residenza San Vinċenz de Paul u ċ- Ċentri ta’ Matul il-Jum li llum huma għandna  19.  Dawn iċ-ċentri jattendu fihom madwar 2000 anzjan. L-aħħar wieħed infetaħ fis-Siġġiewi.

Fost servizzi popolari mal-anzjani ta’ min isemmi l-Homehelp, Handyman service, l-MMDNA u l-Meals on Wheels.  L-MMDNA għamlet nofs miljun żjara fil-komunità fl-2011. 2800 ikla jissajru kuljum fir-Residenza San Vinċenz de Paul u minn hawn jinqdew il-klijenti tal-Meals on wheels. Fis-sena 2011 rekord fejn b’kollox tqassmu mad-90,000 ikla. 

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech innota kif dan l-investiment b’saħħtu favur l-anzjani huwa wkoll frott ta’ politika ekonomika u finanzjarja responsabbli. Dan qed isir f’perjodu ta’ żmien fejn bosta pajjiżi oħra, minħabba sitwazzjoni finanzjarja prekarja, ma kellhomx għażla oħra ħlief li jżidu t-taxxi, inaqqsu l-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali.

F’Malta, il-Gvern baqa’ f’pożizzjoni li jsaħħaħ l-għajnuniet tiegħu biex jgħin lill-anzjani u l-familjari tagħhom igawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar. Filfatt, matul din il-leġislatura kollha ż-żieda fil-pensjoni ngħatat sħiħa lill-anzjani, li fissret żieda  ta’ kważi 20 ewro fil-ġimgħa. Barra minn hekk fil-budget għas-sena 2012, il-Gvern ta għotja ġdida ta’ €300 lill-anzjani li għalqu t-80 sena. Minn dan l-investiment ta’ 3.5 miljun ewro, qed jibbenefikaw mat-12,000 anzjan. Il-Ministru Tonio Fenech ikkonkluda li l-Budget 2013 se jibqa’ jsaħħaħ il-politika favur l-anzjani, li tirrifletti l-apprezzament għall-kontribut li l-anzjani mhux biss taw iżda jistgħu jibqgħu jagħtu lis-soċjetà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow