Left arrow Go Back

1.9 MILJUN EWRO GĦAL LABORATORJU LI JWETTAQ VERIFIKI TA’ STRUMENTI TAL-KEJL LI JINTUŻAW FIN-NEGOZJU

pr2491
Date Icon 13/11/2012

Fi żjara li għamel dalgħodu fil-Laboratorju tal-Metrologija tal-Awtorita Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur f’Kordin, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, ta dettalji dwar l-ewwel rapport maħruġ mill-Awtorita dwar il-verifiki ta’ strumenti tal-kejl li jintużaw f’setturi varji fil-qasam tan-negozju.

Il-Ministru Azzopardi saħaq li l-Awtorità qed tissokta bil-ħidma tagħha sabiex isiru il-verifiki neċessarji f’waqthom. Huwa sellem u wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol ta’ eċċellenza li qed jsir f’dan il-laboratorju. Il-Ministru spjega li fl-aħħar budget, il-Gvern kien ħabbar li matul din is-sena, strumenti ta’ kejl li jintużaw sabiex jindikaw il-prezz tal-ħlas li l-konsumatur irid iħallas, sejrin jibdew jiġu verifikati biex b’hekk jiġi assigurat li l-konsumatur iħallas biss dak li tassew hu mistenni minnu. Dawn l-instrumenti jinkludu fost l-oħrajn kull min juza mwieżen bħal fil-ħwienet tal-merċa, supermarkets, pompi tal-fuel, speed cameras, bottiljar ta’ ċilindri tal-gass u oħrajn.

Is-Sur Francis Farrugia, Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, spjega li l-Awtorità hija obbligata li tagħmel spezzjonijiet ta’ verifika ta’ dawn l-instrumenti ta’ kejl. Huwa qal li l-laboratorju rcieva €1.9 miljun Ewro mill-fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex seta’ jopera u jiffunzjona bl-aħjar mezzi u strumenti possibli. Il-Ministru Azzopardi qal li dawn il-fondi għenu sabiex ikompli jinħoloq ix-xogħol fil-pajjiż b’impjiegi ta’ livell għoli. Spjega li apparti l-verifiki li jsiru għal diversi dipartimenti tal-Gvern, fil-laboratorju jsiru wkoll verifiki għal madwar 276 kumpaniji privati fosthom dawk tal-farmaċewtika.

Il-Ministru Azzopardi ta d-dettalji li ħargu fl-ewwel rapport fosthom il-verifiki li saru fl-petrol stations.Huwa spjega li f’Malta u Għawdex hawn 78 stazzjonijiet tal-fuel attivi li dawn fihom 1077 manek (fuel dispenser). Spjega li l-Awtorità tivverifika l-pompi kollha darba fis-sena u dawk li jkunu qegħdin jindikaw qari ħażin, min issa l-quddiem se jiġu ssiġillati u ma jintużawx sakemm ikunu kkalibrati mill-ġdid fil-limiti mposti. Il-Ministru saħaq li l-Awtorità qiegħda ssib il-kollaborazjoni tas-sidien tal-istazzjonijiet f’dan l-eżżerċizzju u dan jawgura għall-koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

Il-Ministru spjega li fil-każ tal-imwieżen li jiġu verifikati kull 5 snin, ħlief ghal dawk tal-metall prezzjuż li jiġu verifikati kull sentejn; f’Malta u Għawdex huwa kkalkulat li hawn iktar min 3700 miżien. Huwa qal li matul din is-sena, l-Awtorità kkonċentrat fuq stabbilimenti kbar bħal ma huma Supermarkets, l-ajruport internazzjonali (s-sezzjoni tac-check-in kif wkoll fis-sezzjoni tal-cargo) u ħwienet oħra. Sa llum, aktar min 700 miżien ġie spezzjonat f’Malta u Għawdex. Min dawn, instab li 42% ma kinux qegħdin jaqraw tajjeb u kellhom jiġu kalibrati mill-ġdid. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju ħareg ċar, li hemm nuqqas ta’ informazzjoni minn tal-ħwienet dwar li-mwieżen. Filfatt, hawn min qiegħed jimporta mwieżen li mhumiex skont ir-regolamenti Ewropej u jbiegħhom lil tal-merċa. Għal dan il-għan, l-Awtorità sejra tieħu passi kontra dawn l-individwi li se jkollom jiġbru lura l-imwieżen li muhmiex konformi mal-liġi. Il-Ministru spjega li tali eżerċizzju, qiegħed iservi wkoll sabiex l-Awtorità teduka  aktar lis-sidien tal-ħwienet.

Fil-verifiki relatati mal-speed cameras, il-Ministru Azzopardi spjega li dawn kollha jidhru li qegħdin ikkalibrati tajjeb u qal li dawn jiġu verifikati darba f’sena.

Fl-aħħar nett il-Minsitru qal, li s-sena d-dieħla l-Awtorità sejra tikkonċentra fuq dawk il-ħwienet li jbiegħu metal prezzjuż ( bħal deheb, fidda eċċ.) . Huwa qal li dan l-eżeċizzju qiegħed iħalli l-frott mixtieq. Saħaq li l-Gvern huwa mpenjat li jkompli jħares kemm l-interessi tan-negozji, sabiex dawn ikunu konformi mal-liġi, kif ukoll tal-konsumaturi sabiex dawn jinqdew bl-aħjar mod possibli u jkunu sodisfatti mill-prodotti li jixtru u li jagħmlu użu minnhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow