Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U FAMILJA, L-ONOR. CHRIS SAID, INIEDI L-EWWEL LOGĦOBA UFFIĊĊJALI TAL-YOUTHS FI ĦDAN IL-MALTA BASEBALL AND SOFTBALL ASSOCIATION F’GĦAWDEX

pr2480
Date Icon 11/11/2012

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u Familja Chris Said tefa’ l-ewwel pitch cerimonjali qabel l-ewwel logħoba uffiċċjali tal-Youths tal-Malta Baseball and Softball Association f’Għawdex. Il-logħoba, li ntlagħbet fil-grawnd tax-Xagħra, kienet ukoll l-ewwel logħoba home għat-tim Għawdxi tas-softball Għajnsielem Redcoats.

Għajnsielem Redcoats lagħabu kontra Grand Slammers.

It-tim tat-tfajliet żgħażagħ ta’ Għajnsielem Redcoats idebutta fis-softball fis-7 t’Ottubru 2012 f’logħoba storika għal diversi raġunijiet.  Il-logħoba kienet l-ewwel waħda fil-kategorija tal-Youths, u kienet ukoll l-ewwel darba fl-istorja tal-Malta Baseball and Softball Association (MBSA) li kkompeta tim iffurmat kollu minn tfajliet taħt l-14 –il sena.

Il-bidu ta’ dan it-tim minn Għajnsielem imur lura lejn kmieni fl-2011 meta l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem ħa inizzjattivi biex iżid il-parteċipazzjoni tal-bniet tal-lokalità fl-attivitajiet sportivi.  Dakinhar il-Kunsill organizza l-programm Autumn on the Run immirat għal bniet ta’ bejn l-10 u l-14–il sena u għażel li jffoka fuq il-logħiba tas-softball.

Għal dan il-programm kien hemm parteċipazzjion tajba u minkejja li kienu qed jilgħabu l-logħoba għall-ewwel darba, il-bniet urew progress qawwi f’din id-dixxiplina.

Wara serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ sar kuntatt mal-MBSA li laqgħu bil-ferħ il-parteċipazzjoni ta’ tim tal-bniet tas-softball u hekk it-tim beda jikkompeti fil-kampjonat ta’ din l-Assoċċjazzjoni.

L-Assoċċjazzjoni qablet ukoll li r-Redcoats jilgħabu l-logħobiet tagħhom home f’Għajnsielem stess, u dan se jibda jsir hekk kif il-faċilitajiet fil-lokalità jkunu lesti.

Punt interessanti huwa dwar l-isem Redcoats hu li dan mhux biss ma ntgħażilx b’kumbinazzjoni, iżda għandu wkoll konnotazzjoiet storiċi marbuta mal-lokalità ta’ Għajnsielem.  Fil-fatt dan l-isem intgħażel biex jonora lis-suldati Ingliżi li fuq medda ta’ aktar minn 100 sena għixu f’Forti Chambray, minn fejn, nistgħu ngħidu li introduċew diversi dixxiplini sportivi fil-Gżira Għawdxija.

Kelliemi għal Għajnsielem Redcoats qal li l-parteċipazzjoni ta’ dan it-tim f’kampjonat nazzjonali ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Kunsill Lokali t’Għajnsielem u tal-Ministru Chris Said.  Huwa faħħar ukoll il-ġenituri li kellhom reazzjoni pożittiva ferm għal din l-inizzjattiva u mill-ewwel fehmu l-importanza tal-parteċipazzjoni sportiva ta’ wliedhom.

Il-Ministru Chris Said faħħar l-inizzjattiva ta’ dan it-tim u tkellem dwar l-importanza li t-tfal ikunu attivi fiżikament u jinvolvu ruħhom f’dixxiplini sportivi.  Chris Said qal li permezz ta’ dan it-tfal ma jagħmlux progress biss f’dik id-dixxiplina sportiva partikoalri, imma wkoll jitilgħu b’karattru aktar sod.  

Huwa qal ukoll li d-diversità fl-isports hija importanti ħafna għax b’hekk ikunu qed jintlaħqu aktar tfal li mhux bilfors ikunu miġbuda lejn dak li nqisuh sports tradizzjonali f’pajjiżna.  Minn dan il-lat il-Ministru Said qal li dawk li daħlu għal din l-avventura kellhom kuraġġ kbir għax marru għal xi ħaġa relattivament ġdida u rnexxielhom jagħmlu suċċess minnha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow