Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2479
Date Icon 11/11/2012

L-Oppożizzjoni tinsab f’paniku sħiħ wara li din il-ġimgħa, l-Unjoni Ewropea xejnet il-wegħda ta’ Dott Muscat dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Mill-analiżi  tar-rapport tal-Unjoni Ewropea joħroġ ċar li t-traħħis fil-kontijiet huwa impossibbli fid-dawl tar-realtajiet internazzjonali tal-prezz tal-enerġija.  Għalhekk il-wegħda ta’ Muscat tissarraf f’taxxi ġodda.

Il-paniku ta’ Dott Muscat joħroġ ċar fid-dikjarazzjonijiet li għamel ilbieraħ dwar it-tariffi tad-dawl. Minkejja d-diversi ċaħdiet li saru mill-Ministeru, Dott Muscat jibqa’ jirrepeti l-qlajja’ li l-Gvern se jgħolli l-kontijiet.

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma hija ċara: l-isfidi tal-prezz taż-żejt qegħdin hemm u mhux se jahbihom, kif ghamlet l-Oppozizzjoni. Kien għalhekk li din is-sena il-Gvern żied l-għajnuna lill-Enemalta b’25 miljun ewro biex il-kontijiet ma jogħlewx la ghall-familji, la għan-negozji u lanqas għall-industrija.

Il-Gvern ikkonferma aktar minn darba l-impenn tiegħu li din l-għajnuna tibqa’ tingħata u li l-Budget 2013 irid jieħu inizjattiva biex dan ikun assigurat.

Minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali ta ż-żejt il-Gvern ta u jkompli jagħti għajnuniet finanzjarji fosthom:

·        biex familji jinvestu f'enerġija alternattiva, kif għamlu sa issa aktar minn 14,500 familja li b’għajnuna finanzjarja mill-Gvern investew f’PV’s, solar water heaters u double glazing;

·        fi tnaqqis fil-kontijiet għal min jikkonsma bil-għaqal tant li 67,000 familja diġa qed igawdu minn skont sa 25% fil-konsum tal-elettriku; u

·        f'għajnuniet finanzjarji lil 30,000 familja li jeħtieġu l-aktar għajnuna.

Fl-istess waqt, bid-dħul fis-seħħ tal-impjant il-ġdid ta’ Delimara, li l-Oppożizzjoni ħadmet tant biex ma jsirx, se tiżdied l-effiċjenza u b’hekk id-dipendenza fuq iz-zejt tonqos. 

Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jerġa' juri biċ-ċar li Dott Muscat ma jafx kif se jraħħas il-kontijiet, u dak li qieghħed iwiegħed ma jistax jitwettaq, jekk mhux b'żieda ta’ taxxi ġodda li jkollhom iħallsu l-familji Maltin u Għawdxin.  Il-wegħdi ta’ Dott Muscat jissarrfu f’taxxi ġodda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow