Left arrow Go Back

DISKORS KONFERENZA MIL-ONOR. MINISTRU TAL-GUSTIZZJA, DJALODU U L-FAMILJA DR. CHRIS SAID DWAR IL-FOSTER CARERS

pr2476
Date Icon 10/11/2012

Sinjuri,

Huwa ta’ pjacir kbir ghalia li nkun qieghed maghkom hawn illum ghax nemmen bis-shih li flimkien qed nirrispondu ghal sfida iportanti hafna.

Nemmen u konvint li l-esperjenza tal-fostering qed tirrispondi ghal sfida- sfida li jiffaccjaw numru tat-tfal fis-socjeta taghna llum- sfida li kull darba li nirbhuha inkunu qed naghtu cans gdid u hajja gdida lil dawn it-tfal.

Ghal ragunijiet varjij numru ta’ tfal ikollhom jinfirdu min mal-genituri taghhom u jesperjenzaw trobbija barra mill-familja bijologika taghhom.

Din il-firda hafna drabi tkun trawmatika, imma  l-esperjenza li intom qed taghtu lil dawn il-minuri hija unika u tghin mhux ftit biex tigi miggielda din it-trawma.

L-esperjenza li qed tinghata lil dawn it-tfal hija importanti hafna ghall-izvilupp taghhom, u kull min jidhol biex biex jaghti fostering qed jaghti hajja gdida u futur lil min haseb li ma kellux.

L-esperjenza tal-fostering f'Malta bdiet ftit tas-snin ilu pero'.llum Malta hija l-uniku pajjiz fl-Ewropa li kabbar in-numru ta' tfal u zghazagh fil-fostering b'aktar minn tlett darbiet.- Minn 29 fis-sena 1996 ghal 265 fl-2012.

Niehu gost nghid ukoll li llum ghandna aktar minn 200 familja li qed joffru fostering

Barra minn hekk tnaqqas in-numru ta' tfal li qabel kienu jittrabbew fl-istituti tal-Knisja specjalment dak tal-Creche f'tas-Sliema. Dan ifisser li llum it-trabi jibdew jittrabbew mill-ewwel minn foster families u mhux f’instituzzjoni. Dan huwa progress kbir u hija sistema li tirrispondi ghall-bzonnijiet tat-tfal kif qed jirrakkomandaw ricerki fuq l-izvilupp tat-tfal.

Zviluppi ohra li saru f'dan il-qasam jinkludi tahrig inizjali u kontinwu ghal foster carers kif fil-fatt hija din il-konferenza, li hija parti mit-tahrig kontinwu.

L-istess jista’ jinghad ghas-sapport li jinghata mill-foster care team lill-foster carers fejn kull foster care family qed tigi segwita minn social worker min dan it-team.

Xoghol iehor li qed isir hija il-kampanja ta' gharfien dwar il-fostering biex jigu mhajra aktar familji jidhlu ghal din il-missjoni. Illum ghandna wkoll l-Assoccjazzjoni tal-Foster Carers, li ghal dawn l-ahhar snin hadmet bla heda ghall-izvilupp tal-fostering f'Malta.

Il-Gvern ukoll irid jaghmel il-parti tieghu f’dan il-qasam, u fis-sena 2003 gie introdott il-beneficcju tac-child in care fejn il-familji li joffru fostering jircievu beneficcju ta’ Eur70 fil-gimgha ghal kull tifel jew tifla – dan hu beneficcju li fl-ahhar snin zdied b’75%.

Dan il-beneficcju, li hu oghla mill-oghla rata tac-Childrens’s Allowance, mhux mahsub bhala hlas, imma bhala turija zghira ta' apprezzament lejn ix-xoghol kbir li qed taghmlu intom.

Fis-sena 2006 gew stabbiliti standards biex iservu ta’ linji gwida ghal tfal li jitrabbew barra mill-familja.

Din is-sena dahhalna l-iSpecialised Home-Based Care Service (SHBC), li jifforma parti mill-programm Out of Home Care li twaqqaf dan l-ahhar.

L-SHBC huwa mahsub sabiex jaghti opportunità lil dawk it-tfal u zghazagh li ghandhom bzonnijiet partikolari u li, sal-lum, ghadhom ma gewx akkomodati f’fostering mainstream jew facilitajiet residenzjali, sabiex ikollhom lil xi hadd li jiehu hsiebhom f’ambjent familjari; jew ghal dawk li ga ghandhom lil xi hadd jiehu hsiebhom izda jehtiegu appogg addizzjonali, l-appogg mehtieg biex jilhqu l-bzonnijiet taghhom.

L-SHBC igib mieghu:

•       €3,360 b’zieda mal-Beneficcju Chlid in Care ghal total ta’ €7,000 ghal kull tifel, kull sena, jekk il-htigijiet ta’ specialised placement huma bazici;

u,

•       €6,360 b’zieda mal-Beneficcju Child in Care ghal total ta’ €10,000 ghal kull tifel, kull sena, jekk il-htigijiet ta’ specialised placement huma aktar partikolari.

Fis-sena 2007 kellna wkoll it-tnehdija tal-ligi tal-Foster Care. Din gabet maghha zviluppi godda u llum, wara hames snin, wasalna biex isiru emendi halli jigu imharsa aktar il-bzonnijiet u l-istabilita' fil-hajja ta' kull tifel jew tifla fil-fostering.

Fid-dokument ta’ qabel il-budget ghall-2103 il-Gvern ga qed jiddikkjara li lest jirrevedi l-appogg finanzjarju li huwa offrut permezz tal-beneficcju Child in Care, filwaqt li se jibda diskussjonijiet ma’ dawk kollha involuti dwar strategija ghall-izvilupp tas-servizzi ghal tfal barra minn djar tal-kura.

Il-gvern huwa kommess ukoll li jistudja l-proposti mressqa mill-Assoccjazzjoni Nazzjonali ghall-Foster Care bil-ghan li jidentifika il-passi li jmiss biex jincentiva izjed familji joffru fostering lit-tfal.

Dan ukoll ifisser li ghandna nisimghu aktar lil min garrab din l-esperjenza, jigifieri li naghtu aktar cans il-partecipazzjoni tat-tfal u zghazagh meta nigu biex niehdu decizjonijiet li ser jaffetwaw il-hajja taghhom.

Naf ukoll li fi hdan it-team tal-Foster Care qed isiru aktar pjani biex ikompli jissahhah dan is-settur,  fosthom permezz ta’ zvilupp ta' aktar tahrig ghall-adulti u ghat-tfal tal-foster carers, komunikazzjoni ahjar bejn il-foster carers, kampanja intensiva dwar il-fostering, u nibqghu nippruvaw innaqsu in-numru ta' tfal li qed jghixu fl-instituzzjonijiet.

Ir-rizultati li kellna f'dawn l-ahhar snin huma nkoragganti hafna imma issa rridu nkunu determinati biex nahdmu aktar u dak li bdejna ftit snin ilu ikompli jaghti l-frott.

Nirringrazzja minn qalbi lill-foster carers li tant qed jaghmlu gid lis-socjeta’ taghna f’qasam li ma tista’ ssejjahlu xejn ghajr nobbli…

Nirringrazzja wkoll lill-Agenzija Appogg li toffri ghadd ta’ servizzi b’xejn- bhal:

(i)     tahrig kontinwu,

(ii)    social worker ma’ kull tifel,

(iii)   assistenza psikologika ghat-tfal,

(iv)    assistenza fil-htigijiet bazici tat0tfal permezz tac-Children’s Fund

(v)     u librerija ghar-referenza tal-foster carers.

Nirringrazzja wkoll lill-haddiema socjali kollha li jahdmu f'dan il-qasam u lill-Assoccjazzjoni Nazzjonali ghall-Foster Care, u nweghdkom li l-Gvern se jkun dejjem warajkom biex flimkien inkomplu nwettqu dan il-gid.

Fl-ahhar imma mhux l-anqas nirringrazzja lill-Ufficcju tal-Kumissarju tat-Tfal li ghin mhux ftit biex tkun tista’ ssir din il-konferenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow