Left arrow Go Back

IL-PAZJENT U L-PROFESSJONIST IGAWDU DIRETTAMENT MINN INVESTIMENT FIT-TEKNOLOĠIJA

pr2468
Date Icon 09/11/2012

L-Isptar Mater Dei se jkollu il-“cloud” tiegħu

Waqt seminar organizzat mill-Medical Imaging Department, Radiographers li jaħdmu f’oqsma differenti tad-Dipartiment kellhom l-opportunità li jinfurmaw lil xulxin bl-innovazzjonijiet varji li huma daħlu fis-seħħ bl-iskop li l-pazjent jinqeda dejjem aħjar.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komuntà qal li kważi kull proċedura medika b’xi mod tmiss mad-dan id-Dipartiment. Il-Ministru rrimarka li l-professjoni ta’ Radiographer evolviet b’ritmu pjuttost mgħaġġel u dan ġab miegħu bidliet kbar.  Filwaqt li sellem lil dawk li ilhom snin twal jaħdmu fis-servizz tas-saħħa, Cassar qal li d-differenzi huma evidenti. Ewlieni fosthom hemm l-appart u l-makkinarju li filwaqt li qabel kien goff u jagħmel użu minn casettes tqal, illum il-maġġoranza tal-magni huma eletroniċi u diġitali.  Dan ġab miegħu ukoll il-bidla dwar il-mod li bih jiġu miżmuma l-xrays  u records oħra, li llum huma diġitali.

L-Onor. Joe Cassar qal li l-akbar investiment li sar kien propju fir-riżorsa umana u llum għandna professjoni, li għalkemm fadlilha fejn tesplora, matul is-snin kompliet tissaħħaħ.  Hu qal li bis-saħħa ta’ sforz kollettiv u servizzi ġodda, il-ħidma f’dan id-Dipartiment kompliet tiżdied.  Fil-fatt, is-sena li għaddiet ir-Radiographers fl-Isptar Mater Dei biss għamlu aktar minn 113,000 eżami mediku f’diversi oqsma bħall-mammograms, general radiography, proċeduri speċjali, MRIs etc.

L-Investiment li sar u li llum qiegħed jintuża biex itejjeb il-kwalità ta’ ħajja tal-pajzent hu sinjal ċar ta’ kemm il-Gvern qed jieħu dan is-settur bis-serjetà.  Fil-fatt, qal il-Ministru, aktar kmieni din is-sena sar investiment f’software li jgħin biex tinħareġ 3D image ta’ tumur, u li jgħin ħafna biex it-terapija tingħata b’mod preċiż.  Grazzi għal ħidma politika, il-Ministeru għamel arranġament mal-Gvern Svizzeru li permezz tiegħu id-Dipartiment se jkollu wkoll  PET/CT Scan ġdid, filwaqt li sar investiment  f’Radiographers ġodda biex iħaffu x-xogħol li dejjem qiegħed jiżdied. 

L-użu tat-teknoloġija fl-Isptar Mater Dei mhix xi ħaġa ġdida.  Il-Fatt li pratikament kollox qiegħed jinżamm u jsir b’mod diġitali qiegħed jippermetti l-Isptar biex iħares lejn sistemi li jkomplu jgħinu biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol, dejjem bl-iskop li l-pazjent jinqeda aħjar.  Il-Ministru Cassar ħabbar li l-Isptar Mater Dei bħalissa qiegħed iħejji biex ikollu “cloud” tal-Isptar biex tiffaċilità il-qsim ta’ informazzjoni medika, partikolarment ma’ sptarijiet barranin,  meta jkun hemm bżonn. 

Il-Ministru rringrazzja lir-Radiographers u qal li għalkemm jifhem li kien hemm żieda sostanzjali fit-talba għas-servizzi tagħhom minn kemm ilu li nfetaħ l-Isptar Mater Dei, japprezza wkoll li saħansitra kien hemm żieda fl-ammont ta’ servizzi offruti.  L-Onor. Joe Cassar awgura lir-Radiographers il-ġodda u għamlilhom appell biex jużaw l-esperjenza miksuba minn sħabhom qabilhom sabiex dejjem joffrru l-aħjar servizz lill-pazjent.

Is-Sur Joe Castillo, Manager tad-Dipertament irringrazzja lill-professjonisti tal-attendenza numeruża għal-dan is-seminar, li ġie deskritt bħala sinjal ċar ta’ interess mhux biss fil-professjoni u d-Dipartiment imma fuq kollox lejn il-pazjent.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow