Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2465
Date Icon 09/11/2012

Spjegazzjoni li ta l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għal mistoqsija tal-ġurnalista ta’ One News dalgħodu

Il-Ministru Tonio  Fenech mistoqsi mill-ġurnalista ta’ One News dwar il-kumpanija Brażiljana li fetħet f’Malta spjega li “fi żmien il-kriżi tal-Libja ħafna kumpaniji għaddew minn Malta biex marru lura pajjiżhom wara r-rivoluzzjoni fil-Libja.  Din il-kumpanija għażlet li tibda topera f’pajjiżna għaliex kellha prospetti illi se tibqa’ miexja effettivament bl-operazzjoni tagħha fil-Libja.  Il-kumpanija fetħet f’Malta u kien hemm mumenti meta kienet timpjega 35 ruħ.

Sfortunatament is-sitwazzjoni fil-Libja ma tjibitx u allura din il-kumpanija għażlet li la l-kuntratti li kellha ma tistax tkomplihom, għażlet li ma tkomplix f’pajjiżna.”

Il-Ministru Tonio Fenech kompla jgħid li fl-aħħar 4 snin kellna 10,000 kumpanija ġew reġistrati f’pajjiżna, 55% minnhom b’investiment barrani.   Hu spjega wkoll żdied ukoll l-investiment fil-fabbriki tant li 160 fabbrika ddeċidew li jiftħu jew jespandu f’Malta b’investiment ta’ €350 miljun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow