STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Risposta għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-kontijiet
L-Oppożizzjoni qed tgħawweġ kompletament dak li ngħad il-bieraħ fi stqarrija tal-Ministeru tal-Finanzi.
Il-Kummissjoni Ewropea waqqgħet l-argument tal-Malta Labour Party għaliex qalet li l-prezz taż-żejt qed ikompli jiżdied u għalhekk it-tariffi ma jistgħux jonqsu kif qed jgħid l-Dott Muscat. Biex imiss it-tariffi Dott Muscat idaħħal taxxi ġodda.
Il-Gvern għamilha ċara li se jkompli jagħti għajnuna lill-Enemalta kif għamel din is-sena biex it-tariffi għall-familji, negozji u l-industrija ma jogħlewx, minkejja ż-żieda fil-prezz taż-żejt.
Dan filwaqt li jibqa’ jsaħħaħ l-għajnuniet lill-familji u n-negozju biex jinvestu f’enerġija alternattiva biex b’hekk innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq iż-żjut.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en