Left arrow Go Back

IMNIEDI L-PROGRAMM DWAR IL-JUM DINJI TAD-DIJABETE

pr2440
Date Icon 07/11/2012

Il-Klinika tad-diabete fl-iSptar Mater Dei klassifikata bħala Ċentru ta Eċċellenza mill Johns Hopkins University

Il-Ġimgħa d-dieħla, nhar L-Erbgħa 14 ta’ Novembru, id-Dinja se tfakkar il-Jum Dinji Dwar id-Dijabete.   Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta Ħal-Qormi, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dwar id-dijabete il-messaġġ għandu jkun wieħed ċar – dak li kulħadd jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid-demm fuq bażi regolari. Hu qal li bħall ma jiġri kull sena, Id-Dipartiment tal-Kura Primarja ħataf l-okkażjoni biex  jorganizza programm bis-sehem ta diversi entitajiet sabiex il-pubbliku ikunu jista jiċċekka l-livell taz-zokkor fid-demm b’xejn f’diversi lokalitajiet.

Il-Ministru Cassar qal li huwa importanti li kulħadd jagħraf li għandna prevalenza għolja ta dijabete f’pajjiżna u li dan ifisser ukoll li jista jkun li hawn min għandu d-dijabete u ma jafx. Id-dijabete hija kundizzjoni li jekk ma tkunx kontrollata taffettwa l-organi kollha tal-ġisem u allura il-kumplikazzjonijiet li ġġib magħha jafu jkunu aktar gravi minn dawk ta kundizzjonijiet kroniċi oħra.  Dr Cassar qal li wieħed ikollu id-dijabete mhix l-aħħar tad-dinja.  Illum għandna mezzi biex niċċekkjaw ta spiss il-livell taz-zokkor, filwaqt li dieta tajba għal saħħtek tevita li jkollok problemi aktar il quddiem. Tħabbar ukoll li pajjiżna se jipparteċipa wkoll f’dik li tissejjaħ il-Blue Monument initiative, fejn il-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja jixgħelu monumenti jew binjiet storiċi bil-kulur blue sabiex jitqanqal aktar interess dwar id-dijabete.

Joe Cassar irringrazzja lill  organizzazzjonijiet diversi li ingħaqdu f’kumitat wieħed biex iwasslu programm nazzjonali ta blood glucose monitoring u informazzjoni matul dawn il-jiem li ġejjijn.

Is-Sur Edward Borg, Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Kura Primarja spjega kif bis-saħħa ta teamwork bejn professjonisti varji, il-pubbliku qiegħed jiġi offrut servizzi effettivi permezz ta shared care programme, li jiġbor fiħ numru team multixxiplinarju imħarreġ speċifikament f’dan il-qasam.  Hu qal li dan  qiegħed jirriżulta f’kura aktar aċċessibbli u finalment fi kwalita ta ħajja aħjar għall-pazjenti.  Is-Sur Borg appella biex kull min juża s-servizzi jużhom b’respnsabbilita u f’każ li jiddeċiedi li ma jmurx għal appuntament, javża lill klinika relatata sabiex dak il-ħin jintuża għall-persuni oħra.Hu appella wkoll biex kull min jagħmel użu mis-servizzi tal-kura primarja jieħu miegħu il-karta tal-indentita.

Il-Professur Stephen Fava ħabbar li l-Klinika tad-Dijabete tal-iSptar Mater Dei ġiet klassifikata bħala Ċentru ta Eċċellenza mill Johns Hopkins University.  Prof Fava qal li huwa importanti ħafna li nifmu li l-prevenzjoni hi l-aqwa arma li għandna sabiex niġġieldu d-dijabete.  Hu qal ikoll li  30% ta dawk li jieħdu s-servizzi tal-klinika huma klassifikati bħala persuni li għandhom piż żzejjed, filwaqt li 57% huma obeżi. 

pr2440a.pdfpr2440a.pdf

pr2440b.jpgpr2440b.jpg

pr2440c.jpgpr2440c.jpg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow