IL-BIBLIOTEKA NAZZJONALI TFAKKAR L-EWWEL LIBRAR TAGĦHA
Fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta bħalissa qed issir wirja ta’ manuskritti, xogħlijiet ippubblikati u oġġetti oħra relatati mal-ħajja u l-ħidma tal-Kanonku Ġann Piet Franġisk Agius de Soldanis li fl-1763 inħatar bħala l-ewwel Biblijotekarju fuq talba tal-Kavallier Fra Jean-Louis Guérin de Tencin il-fundatur tal-Bibljoteka.
Din il-wirja qed tiġi organizzata fl-okkażjoni tat-300 anniversarju mit-twelid ta’ de Soldanis fil-31 ta’ Ottubru 1712. Il-wirja tinkludu numru ta’ manuskritti mħollija lill-Biblioteka minn De Soldanis innifsu, fosthom id-Damma ta’ Kliem Kartaġiniż kif inhu magħruf id-dizzjunarju monumentali tiegħu, l-ewwel grammatika stampata tal-ilsien Malti u manuskritti tal-istorja ta’ Għawdex. Manuskritti oħra ġew mislufa għal din l-okkażjoni mill-Arkivju tal-Katidral tal-Imdina, mill-Bażilika ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex, mill-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Furjana u minn kollezzjonisti privati. Oġġetti ta’ nteress storiku, arkeoloġiku u naturali mill-Kollezzjoni Nazzjonali ġew mislufa minn Heritage Malta.
Din il-wirja hija parti minn numru ta’ attivitajiet organizzati mill-Ministeru għal Għawdex, Heritage Malta, Libreriji ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Malti tal-Universita’ ta’ Malta biex jiġi mfakkar dan l-anniversarju. Aktar kmieni din is-sena l-istess wirja ġiet imtella’ fil-Ministeru għal Għawdex.
Il-wirja tibqa’ miftuħa sas-Sibt 17 ta’ Novembru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u l-4.00pm u s-Sibt bejn it-8.30am u s-1.00pm.
Faksimile tal-mappa ta’ Għawdex qed tinbiegħ għall-prezz ta’ € 7.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en
pr2439a.jpg