STQARRIJA MILL-ISPTAR MATER DEI
pr2432
06/11/2012
Dalgħodu għall-ħabta 0940hrs l-Isptar Mater Dei esperjenza qtugħ fil-provvista tad-dawl. Minħabba raġunijiet li għad irid jiġu stabbiliti il-generator tal-Isptar xegħel wara madwar 4 minuti.
Matul dawk l-4 minuti l-professjonisti tal-Isptar imxew mat-taħriġ li jieħdu matul is-sena u ħadu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-pazjent,. L-maġġoranza tal-makkinarju, partikolarment dak meqjus bħala vitali, hu mgħammar b’riżerva ta’ enerġija ta’ emerġenza, li jaqleb awtomatikament ladarba jkun hemm nuqqas ta dawl. Is-sistema tal-Isptar ġiet għan-normal fi ftit minuti.
Sadattant id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jinvestiga dan il-każ.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en