STQARRIJA MILL-AWTORITA` GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-kelliema Laburista għall-amministrazzjoni pubblika, Helena Dalli fejn din minn naħa tagħha qed timplika li l-espert imqabbad mill-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, qal li s-saqaf tal-asbestos huwa fi stat detterjorat u ammetta li hemm il-periklu; l-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumaturjixtieq jikkjarifika xi punti.
L-espert li l-Awtorita qabdet biex ikellem lil ħaddiema fl-20 ta’ Settembru, ma ta l-ebda indikazzjoni li xi saqaf viċin il-bini qiegħed jideterjora, għax kien huwa stess li qal li biex jasal ghal din ik-konklużjoni, jkun irid jagħmel l-investigazzjonijiet meħtiega. Dawn l-investigazzjonijiet iridu jsiru fuq il- bini aġġunt ma’ dak tal-Awtorita, liema propjeta hija waħda privata .Tajjeb ikun iċċarat, l-fatt li dan l-espert mhuwiex l-istess espert li l-Awtorita tqabbad kull tlett xhur biex jagħmel it-testijiet neċċessarji.
L-ittestjar dwar il-preżenza ta’ l-asbestos, dejjem sar mill-istess espert u dan qatt ma nbidel sa llum. Li sar kien, li f’Jannar ta’ din is-sena kienet tqabbdet kumpanija biex tagħmel risk assessment tal -bini kollu, hekk kif huwa mitlub mir-regolamenti ta’ l-OHSA.
L-Awtorita qed tiproduċi il- konklużjonijiet tar- rapport ta’ Settembru, fejn dan jghid li:
1. Fit-tlett kampjuni li ttieħdu, rriżulta li l-valuri ta’ livell ta’ ‘airborne asbestos fibre’, huma ferm inqas mill-limiti imposti mill-Avviż Legali 323 ta’ 2006, kif ukoll dawk stabbiliti mil-linji gwida skond id-direttivi ta’ l-Ewropa,
2. L-arja mit-twieqi u terrazzin il-ġewwa, tista tiġi ddikjarata mingħajr ebda preżenza ta periklu min xi livell ta ‘asbestos fibre’.
Għalhekk mir-riżultati miksuba, jidher ċar li m’hemm l-ebda indikazjoni ta’ periklu li għalih qegħda tallega l-Onor Helena Dalli
Dan ir-rapport gie muri kemm lil rapreżentant tal-General Workers Union, kif wkoll lil raprezentant tal- Kumitat tal-Health & Safety, li wieħed mill-għanijiet tieghu huwa li flimkien ma l--amministrazjoni jara li jsir il moniteraġġ kollu li hemm bżonn.
L-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, kellha wkoll laqgħa mal- OHSA dwar din is-sitwazzjoni fejn ġie spjegat x’miżuri qeda tieħu l-Awtorita. Min naħa tagħha, l- OHSA talbet kopja tar- riżultati, liema rizultati intbagħtu lilha .L-Awtorita diga ħadet u sejra tibqa tieħu dawk il-miżuri u passi neċċessarji sabiex tassigura is-saħħa tal-impjegati tagħħa.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en