STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, KULTURA U L-AMBJENT
MEMBRI SOSTITUTI FIT-TRIBUNAL TAL-APPELL TAL-MEPA HUMA ELIĠIBBLI LI JISIMGĦU KAŻIJIET DWAR APPLIKAZZJONIJIET LI JINTBAGĦTU MILL-QORTI TAL-APPELL
Kuntrarjament għal dak allegat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjannar, Roderick Galdes fl-istqarrija tiegħu, hemm appuntati ħames persuni li jservu ta’ sostituti għall-membri tat-Tribunal tal-Appelli tal-MEPA (liema tribunal jikkonsisti fi tlett membri) meta xi membru jew il-membri kollha tal-istess Tribunal ma jistgħux jisimgħu appell għal raġunijiet stipulati fil-liġi fosthom għaliex ikunu diġa’ semgħu u ttrattaw l-istess appell fuq il-mertu. Il-membri sostituti huma il-Prof. Kevin Aquilina, il-Perit Patrick Camilleri, il-Perit Dr. Conrad Thake, l-Perit Albert Borg Costanzi u l-Perit Reuben Sciortino. Dawn ġew maħtura mill-President ta’ Malta skont ma titlob il-liġi. Għalhekk xejn mhu jwaqqaf lill-membri milli jisimgħu u jagħtu deċiżjoni fuq appelli li kienu deċiżi oriġinarjament mill-Bordijiet tal-Appell preċedenti.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en