Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CRISTINA F’LAQGĦA MAD-DIRETTUR ĠENERALI TAL-UNESCO

pr2408
Date Icon 02/11/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina ħadet sehem f`konferenza internazzjonali organizzata mill-UNESCO, li ddiskutiet l-iżviluppi fil-qasam tal-edukazzjoni b’riferenza għad-dinja tax-xogħol.

Il-konferenza, bit-tema “Plan with Youth”, ħarset lejn involviment akbar miż-żgħażagħ fil-kamp edukattiv u kif l-edukazzjoni tista’ tkun marbuta aktar mad-dinja tax-xogħol. Il Ministru Cristina kienet waħda minn madwar 25 ministru li attendew għal din il-konferenza li fiha ħadu sehem ukoll esperti minn madwar id-dinja kollha li taw l-esperjenzi tagħhom dwar ħafna proġetti li qed isiru f’dan il-qasam.

Matul din il-konferenza l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol kellha laqgħa privata mad-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irene Bokova. Il-Ministru kienet akkumpanjata minn Ray Bondin, l-Ambaxatur u Delegat Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO.

Fil-laqgħa ma’ Bokova l-Ministru Cristina tkellmet dwar l-iżviluppi u r-riformi li qed isiru fil-qasam edukattiv f’pajjiżna. Spjegat li hi responsabbli wkoll mill-qasam tax-Xogħol u għalhekk kienet konxja ħafna mir-rabta li għandu jkun hemm bejn  l-oqsma tal-edukazzjoni u dak tax-xogħol. Id-Direttur Ġenerali tal-UNESCO uriet interess partikolari għall-iżvilippi li qed isiru f’Malta f’dan il-qasam u esprimiet l-apprezzament tagħha għall-iżviluppi li saru fis-settur edukattiv Malti f’dawn l-aħħar snin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow