Left arrow Go Back

FTEHIM BEJN IL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL U L-ENGLISH SPEAKING UNION

pr2393
Date Icon 31/10/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina assistiet għall-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-fergħa Maltija tal-English Speaking Union biex ikomplu jingħataw sessjonijiet ta’ tagħlim tal-Ingliż fi tliet programmi differenti mmexxija mill-English Speaking Union.

Il-Ftehim kien iffirmat minn James Calleja, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol  u John Degiorgio, Chairman tal-English Speaking Union, fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar fejn bħalissa qed jingħataw wieħed minn dawn il-programmi – Arm of Support.

F’kelmtejn li għamlet il-Ministru Dolores Cristina fakkret li f’survey li sar riċentement fost studenti Ewropej, l-istudenti Maltin ġew it-tieni għall-ħila tagħhom fl-użu tal-Ingliż bħala l-ewwel lingwa barranija tagħhom. Dan hu frott tal-fatt li fl-iskejjel tagħna, it-tfal jibdew jistudjaw l-Ingliż minn età bikrija.

Dan ir-riżultat jista’ jkompli jitjieb u għalhekk il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jieħu kull opportunità biex jassigura li t-tagħlim tal-lingwi, partikolarment l-Ingliż, ikompli jissaħħaħ fl-iskejjel tagħna.

Il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoniu x-Xogħol u l-English Speaking Union li bdiet żmien ilu, se tkompli tissaħħaħ permezz tal-ftehim li kien iffirmat illum li se jipprovdi għal numru ta’ programmi u inizjattivi li l-ESU se tagħmel fl-iskejjel tal-Istat.

Wieħed mill-programmi imsejjaħ Arm of Support għandu l-iskop li permezz tal-logħob jintroduċi t-tfal għal-lingwa Ingliża minn età żgħira. Il-programm jiffoka fuq żoni fil-komunitajiet fejn l-Ingliż ma jintużax.  Dan il-programm beda fl-2009 u fl-aħħar tliet snin kien qed isir f’din l-iskola u fl-iskola ta’ Santa Monika fil-Gzira.

L-esperjenza uriet li l-programm jista’ jagħti riżultati aħjar jekk flok it-tfal jieħdu sehem fih għal sena waħda, jagħmlu tliet snin li jibdew minn Kinder 1, Kinder 2 u Year 1.

Inizjattiva oħra hi il-Public Speaking Programme maħsub biex jgħin lill-istudenti jiksbu ħiliet li jgħinuhom jitkellmu tajjeb fil-pubbliku.  Fis-snin li għaddew il-programm kien qed jiffoka fuq sudenti tas-Sixth Form iżda issa se jkun estiż ukoll għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji u anke fl-Università.

Id-Debating Programme ukoll kien iffukat fuq studenti tas-sekondarja biex ikunu kapaċi jiddiskutu u jagħmlu dibattitu fuq suġġetti varji.  Hu importanti li l-istudenti tagħna jkunu kapaċi jiddibattu u mhux jargumentaw.

Bil-ftehim iffirmat il-lum, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol se jgħin finanzjarjament biex dawn il-programmi jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin għat-tliet snin li ġejjin.

Fil-fatt hemm il-ħsieb ukoll li d-Debating Programme ikompli jkun żviluppat, hemm il-ħsieb li jkun organizzat dak li qed jissejjaħ Debate Roadshow bl-iskop li jżid l-interess tal-pubbliku fid-dibattiti.  Għalhekk kull sena se jibda jkun organizzat Roadshow li jdur ma’ diversi bliet u rħula fejn ikunu organizzati dibattiti li fihom jieħdu sehem nies prominenti u fejn il-pubbliku in ġenerali jkun mistieden jipparteċipa.

Dan imbagħad għandu jwassal għall-Akkademja tad-Dibattitu b’kollaborazzjoni tal-English Speaking Union ta’ Londra. Din l-akkademja se tkun immirata lejn l-istudenti tas-Sixth Form u tal-Università u fiha jkun hemm programm intensiv ta’ taħriġ li jwassal għal kompetizzjoni prestiġjuża.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow