Left arrow Go Back

KAMPANJA TA’ TĦAWWIL TA’ SIĠAR FI TMIEM IL-ĠIMGĦA

pr2374
Date Icon 29/10/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali l-Ħadd 4 ta’ Novembru se jorganizza ġurnata ta' attivitajiet f'Għajn Tuffieħa (ħdejn il-camping site tal-iscouts) bil-għan li jitħawlu aktar siġar permezz tal-kampanja 34U. Il-familji huma mistiedna biex bejn l-10am u l-5pm jipparteċipaw fl-attivitajiet varji li se jkun hemm għat-tfal u l-familja kollha filwaqt li jitħawlu s-siġar.

Permezz tal-kampanja 34U li qed jagħmel il-Gvern, sa issa diġà tħawlu aktar minn 115,000 siġra.  Is-siġar kollha li tħawlu madwar il-pajjiż permezz tat-34U huma kollha siġar indiġeni Maltin bħas-siġar taż-żebbuġ, l-għargħar, siġar tal-luq, tal-ħarrub, u tal-ballut. Minn kemm ilha mwaqqfa l-kampanja 34U kumpanji, għaqdiet soċjali u mhux governattivi u l-familji pparteċipaw bis-sħiħ u ħawlu siġra biex jikkomemoraw xi avveniment partikolari. Il-kampanja 34U tipprovdi diversi skemi fejn il-familji jkunu jistgħu jħawlu siġar f'okkażjonijiet ta’ twelid taħt il-kampnja 34baby, f'okkażjoni ta’ gradwazzjoni taħt il-kampnja 34graduate u tant oħrajn. Kull min iħawwel siġra flimkien mat-tag li titwaħħal mas-siġra bl-isem li jkun jixtieq, jingħata ċertifikat b'ritratt tiegħu iħawwel is-siġra.

L-aktar 6 postijiet li fihom tħawlu siġar permezz tat-34U huma f’Ta’ Qali b’ammont li jaqbeż l-20,000 siġra, is-Salina fejn tħawlu aktar minn 12,000, Xrobb l-Għagin b’aktar minn 14,500, il-Magħtab  b’madwar 13,000 siġra, fil-Mellieħa tħawlu  ’l fuq minn 11,000,  filwaqt li f’Marsaskala tħawlu qrib l-10,000 siġra.

Permezz ta’ tħawwil ta’ aktar siġar żdiedu l-postijiet ta’ rikreazzjoni biex it-tfal u l-familji jiltaqgħu u jilagħbu f’ambjent tajjeb għal saħħithom.  Dawn jinkludu:

Il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fejn saru erba’ estensjonijiet u se jkompli jitkabbar

Il-Park Nazzjonali tas-Salini fejn fl-aħħar snin ġie msebbaħ u estiż b’aktar siġar

Park fi Xrobb l-Ġħaġin f’Marsaxlokk,

Masġar tas-siġar taż-Żebbuġ f’San Ġwann,

Foresta 2000 fil-Mellieħa

Il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa

Ġnien Kottonera f’Bormla

Camping area bi 3,000 siġra f’Għajn Tuffieħa

Dan kollu qed isir biex il-familji jgħixu aħjar b’aktar spazju rikreativ u b’arja aktar nadifa.  Il-proġett nazzjonali ta’ afforestazzjoni hu investiment għal ġid ta’ saħħet it-tfal u l-familji.

pr2374a.jpg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow