Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2357
Date Icon 26/10/2012

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Onor Brincat

l-Onor. Brincat imissu jaf li l-estimi li qed jikwota hu mil-European Environment Agency huma biss fuq terz tal-emissjonijiet ġenerati f’Malta minn ċertu attivitajiet u mhux mill-attivitajiet kollha li jiġġeneraw l-emmisjonijiet. Għalhekk l-Onor Brincat bl-istqarrija tiegħu mhux jagħti l-istampa sħiħa.

Il-Gvern ifakkar li l-Carbon Footprint’ ta Malta fit-totalita’ tiegħha mistennija tonqos konsiderevolment bl-implemntazzjoni ta’ miżuri bħal 200MW interconnector, bl-impjant il-ġdid ta’ Delimara, miżuri oħra fis-setturi tal-immanigjar tal-iskart, fit-trasport u l-agrikoltura. Flimkien ma dawn il-miżuri li jnaqqsu l-emmisjonijiet il-Gvern qed jaħdem ukoll biex f’pajjiżna tiżdied l-enerġija nadifa. Ir-riżultati li l-Gvern qed jikseb biex jiprovdi aktar arja nadifa huma magħrufa biżejjed. L-Onor Brincat għandu jagħraf li hu u l-Partit tiegħu dejjem fixklu l-Gvern fil-ħidma biex pajjiżna jkollu impjanti li jiġġeneraw enerġija nadifa u arja aktar nadifa.

 Il-Gvern ħadem biex:

• Għalaq il-miżbla tal-Magħtab li kienet tniġġeż u qed jitratta l-gassijiet. Il-livell ta’ diossina fl-arja tal-madwar niżel b’99% kemm ilhom ikunu ttratti l-gassijiet ħżiena;

• Qed niproduċu l-enerġija nadifa mill-iskart;

• 67,000 metru ta’ soqfa ta’ bini pubbliku qed jinksew b’sistemi ta’ panelli fotovoltaiċi;

• Tqasmu aktar minn miljun bozza energy saving lil 130,000 familja;

• Il-Gvern għaddej bi studji biex isiru l-wind farms;

• Mill-2006 sa’ llum ‘l fuq minn 6,200 familja nvestew f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi;

• Fl-istess perjodu għenna ukoll 7,600 familja biex jinvestu f’Solar Water Heater;

• daħlet sistema ta’ feed-in tariffs fejn għal kull unit ta’ enerġija ġġenerat mill-pannelli fotovoltajiċi il-familji jingħataw 25 ċenteżmu ta’ ewro. Bħala parti mil-pjan tal-Gvern li Għawdex ikompli jkun gżira ekoloġika, l-familji għawdxin bdew jingħataw 28 ċenteżmu għal kull unit iġġenerat;

• Matul l-2012 iddaħħlet skema skema oħra għal min irid jinvesti fl-insulazzjoni ta’ soqfa u l-aperturi tad-djar.

Qed tingħata għotja ta’ 15.25%, sa’ massimu ta’ €1,000;

• Mill-2006 sa’ llum ġew mgħejjuna 610 familja biex jinstallaw double glazing jew roof insulation;

• qed jintuza aktar biodiesel;

• Bir-riforma tat-Trasport Publiku qed jintużaw vetturi Euro 5 ;

• Daħħlet sistema ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi li biha ninċentivaw il-karozzi aktar ġodda, iżgħar, li jaħlu anqas u jniġġsu anqas, u numru ta familji ingħataw għajnuna ta’ €2,000 biex skrappjaw il-karozza;

• Tħejjiet Strateġija Nazzjonali rigward l-introduzzjoni tal-vetturi elettriċi fis-suq lokali, u nbeda proġett Demo EV ser jiswa madwar €1.9 miljun li madwar 50% huma fond ital-EU.  B’dawn il-fondi ser jiġu nstallati wkoll 100 charging point pubbliku għall-użu tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-Gvern qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex il-miri stabbiliti jintlaħqu

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow