AKTAR ĦŻIN TA’ ILMA BIEX JISKULA FIL-WATER TABLE
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fil-Gżira, fejn bħala parti mill-proġett għal kontra l-għargħar qed tinbena riżerva li se tkun tesa madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma.
Il-Ministru Pullicino qal li f’din ir-riżerva apparti l-ilma li jasal għalija waqt il-ħin tax-xita, fiha se jkun jista’ jintefa’ aktar ilma li jkun merfugħ fil-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar biex minn ġo fiha l-ilma jiskula fil-water table. Għalhekk il-proġett tal-ġibjun fil-Gżira se jkun magħqud mas-sistema tal-mina li qed tinbena bejn Ħ’Attard u Ta’ Xbiex li ser tkun twila 11-il km minn Ħ’Attard sa Ta’ Xbiex b’dijametru li jvarja minn 3.3 metri sa 6 metri.
Bl-ilma tax-xita li se jinżel fil-mini, dan il-proġett għal kontra l-għargħar, għandu l-potenzjal li jiġbor u jirriċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita kull sena. B’hekk jekk wieħed iqis li l-ġibjuni tal-Gvern fil-preżent għandhom kapaċità li jżommu mat-300,000 metru kubu ta’ ilma, b’dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar ser tkun ittripplata l-ħażna tal-ilma tax-xita.
Il-ġibjun tal-Gżira li hu fond aktar minn 8 metri qed isir b’investiment ta’ madwar miljun Ewro, parti mill-investiment qawwi ta’ madwar €57 miljun fil-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea hu ta’ 85% taħt il-programm “Cohesion Fund”. Dan il-ġibjun hu maħsub li jitlesta għall-bidu ta’ Marzu 2013. il-ġibjun tal-Gżira qiegħed ukoll jiġi msaqqaf biex is-saqaf tiegħu li jiġi mal-livell tat-triq ikun jista’ wkoll jintuża bħala spazju għall-parkeġġ.
Other Press Releases:
PR262025en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR262025