Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2318
Date Icon 23/10/2012

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-Istqarrija tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.

Il-Ministeru jiċċara li:

Il-Gvern kien waqqaf l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji proprju biex joħloq regolatur b’saħħtu u indipendenti li jirregola l-qasam tas-servizzi finanzjarji ta’ pajjiżna. Parti mis-suċċess tat-tkabbir ta’ dan is-settur kien ukoll riżultat ta’ din il-politika li fissret fiduċja tal-investituri li tul l-aħħar snin wasslu biex pajjiżna jsir ċentru importanti tas-servizzi finanzjarji.

Kuntrarju għal dak li qed tagħti impressjoni l-istqarrija tal-PL, il-Gvern jiċċarra: huwa Azzjonist MINORITARJU li jipposjedi 25% tal-ishma tal-Bank of Valletta. Fil-Bord tal-Bank of Valletta barra ċ-Chairman, il-Gvern għandu biss direttur ieħor, jiġifieri tnejn minn disa’. Fid-deċiżjonijiet tiegħu, il-Gvern ma jistax bl-aġir tiegħu jippreġudika l-pożizzjoni tal-istakeholders kollha inkluż l-aktar minn 18,000 azzjonist li għandu l-bank.

Il-Gvern jirrispetta l-awtonomija tat-tmexxija  fiċ-Chairman u l-Bord u għalhekk ma jindaħalx fit-tmexxija tal-bank u ma jistax jindaħal fid-deċizjonijiet tal-Bord tad-Diretturi.

Ir-rwol tal-Gvern għaldaqstant huwa biss li jiffaċilita u kemm jista’ jkun iqarreb il-partijiet lejn xulxin. Madankollu, ir-rwol tal-Gvern m’għandux ikun ta’ ġudikatur jew li jimponi, kif qed tagħti x’tifhem l-Oppożizzjoni. Għalkemm bil-kliem Dott Muscat jgħid li dan is-settur irid ikompli jsaħħu, mal-ewwel opportunità wera li l-Partit Laburista ma jiddejjaq xejn jindaħal u b’hekk idgħajjef lir-regolaturi awtonomi ta’ pajjiżna.

Il-Gvern jikkundanna l-mod irresponsabbli ta’ kif bil-kummenti tagħha, l-Oppożizzjoni qiegħda tiddistabilizza s-settur finanzjarju f’Malta u tipperikola l-impjieg ta’ aktar minn 1,500 persuna li jaħdmu mal-Bank of Valletta.

Huwa irresponsabbli li l-Oppożizzjoni tipprova tikseb gwadann politiku f’qasam sensittiv bħal dan, fejn twiegħed biss ‘negozjati bis-serjeta’. Il-Gvern huwa infurmat li d-diskussjonijiet bejn il-partijiet dejjem baqgħu  u għaddejjin bil-għan li f’kull każ, tinstab soluzzjoni ekwa u ġusta, billi il-Gvern dejjem enfasizza maċ-Chairman preżenti u preċedenti, biex dawk il-każijiet ġenwini għandhom jiġu risolti b'mod ekwu u ġust.

Id-dikjarazzjonijiet tal-Oppożizzjoni jnaffru l-investiment minn pajjiżna, għaliex l-ebda investitur ma jkun lest li jinvesti f’pajjiż fejn il-Gvern jibda jindaħal hu flok iħalli l-istituzzjonijiet indipendenti jagħmlu xogħolhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow