Left arrow Go Back

JINBEDA X-XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT GĦAT-TAFFIJA TAL-GĦARGĦAR

pr2242
Date Icon 12/10/2012

Pass ieħor fit-twettieq ta’ wegħda elettorali oħra.

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq il-Proġett Nazzjonali għat-taffija tal-għargħar.

Ix-xogħlijiet li nbdew jikkonsistu f’tħaffir ta’ mina taħt l-art twila 11-il km minn Ħ’Attard sa Ta’ Xbiex b’dijametru li jvarja minn 3.3 metri sa 6 metri. Il-proġett kollu se jkun qed jara l-iżillupp ta’ 17-il km ta’ mini taħt l-art li jinkludu wkoll mina ta’ 2.2km f’Ħaż-Żebbuġ u mina ta’ 3.2km li tgħaddi minn Ħaż-Żabbar sa Marsaskala. Apparti l-iżvillupp ta’ mini fil-fond taħt l-art l-iżvillup innifsu jinkludi wkoll titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra.

Dan l-akbar proġett li qatt sar f’pajjiżna biex jgħin fit-taffija tal-għargħar se jgħin lir-residenti u lil min jgħaddi minn 11-il lokalità li huma: Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, Ħ’Attard, Iklin, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u l-Marsa. 

Bl-ilma tax-xita li se jinżel fil-mini, dan il-proġett għandu l-potenzjal li jiġbor u jirreċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita kull sena.  B’hekk jekk wieħed iqis li l-ġibjuni tal-Gvern fil-preżent għandhom kapaċità li jżommu mat-300,000 metru kubu ta’ ilma, b’dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar ser tkun ittrripplata l-ħażna tal-ilma tax-xita. fil-Gżira wkoll bħala parti minn dan il-proġett qed tinbena riżerva ta’ madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma li jkunu ġejjin minn Wied Għollieqa u li fih ukoll jista’ jintefa aktar ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gzira għandha sservi biex l-ilma minn hemm, jiskula fil-water table.

Dan il-proġett qed isir b’investiment qawwi ta’ €56 miljun. Il-kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea hu ta’ 85% taħt il-programm “Cohesion Fund”. Il-proġett jinkludi wkoll numru ta’ culverts u bdil ta’ bridges li ser jsiru f’Ħal Qormi. Fejn il-pont l-antik ta’ ħdejn il-korsa tal-golf ser isiru żewġ culverts oħra filwaqt li taħt Triq Aldo Moro ser isiru erba’ culverts. 

Il-Ministru Pullicino rringrazzja mas-70 ħaddiem li bdew il-ħidma tagħhom fuq dan il-proġett. Huwa saħaq li l-Gvern kif kien wiegħed qed iwettaq bil-fatti dan il-proġett li se jkun ta’ fejda għal poplu kollu filwaq li dawn il-proġetti qed joħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow