Left arrow Go Back

630 TIFEL U TIFLA JAGĦMLU UŻU MINN 40 LEARNING SUPPORT ZONES U NURTURE GROUPS FL-10 KULLEĠĠI TAL-ISTAT

pr2236
Date Icon 12/10/2012

- Impjegati madwar 350 professjonist biex jgħinu fl-iżvilupp sħiħ tat-tfal fosthom: Social & Emotional Behavior Specialist, Psikoterapisti, Social Workers, Youth Workers, Career Advisors, u Inclusion Coordinators.

- Edukazzjoni ħolisitka u inklussiva ta’ kwalita għolja

- Malta fil-quċċata fost il-pajjiżi tal-UE bl-aktar inklużjoni fl-iskejjel

- 3,231 tifel u tifla qed jingħataw għajnuna minn 2,297 LSA

630 tifel u tifla qed jagħmlu użu minn 40 Learning Support Zone u Nurture Group fl-10 Kulleġġi tal-iStat filwaqt li eluf ta’ tfal oħra b’diżabilita jew b’diffikultajiet soċjali, emozzjonali jew ta’ imġieba qed jiġu assistiti minn grupp ta’ madwar 350 professjonist biex jiġi żviluppat il-massimu tal-potenzjal tagħhom. Dan qalu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta dalgħodu żar l-iskola Sekondarja tas-Subien, f’Taż-Żokrija, Kulleġġ Santa Marija.

Is-Segretarju Parlamentari qal li r-riforma fl-edukazzjoni obbligatorja qed tagħti lil pajjiżna edukazzjoni inklussiva u ħolisitka u fl-istess waqt ta’ kwalita għolja. Huwa qal li sistema ta’ edukazzjoni inklussiva, fejn tfal b’abbiltajiet differenti jattendu l-istess skola, qed tagħti dinjità u opportunitajiet indaqs lit-tfal kollha, anke jekk toffri sfidi. Għalhekk minbarra investiment qawwi fl-infrastruttura u fit-teknologija, il-Gvern qiegħed jinvesti fir-riżorsi u fi professjonisti li joffru appoġġ professjonali lil dawk l-istudenti fl-edukazzjoni mainstream, li għandhom diżabilita jew li qed jesperjenzaw diffikultajiet soċjali, emozzjonali u fl-imġieba.

Is-Segretarju Parlamentari qal li llum hemm 19-il Nurture Group fl-iskejjel primarji, li żdiedu b’6 minn 13 is-sena li għaddiet u 21 Learning Support Zone, li żdiedu bi 2 minn 19 is-sena li għaddiet fl-iskejjel sekondarji. Huwa qal li 630 tifel u tifla użaw din l-għodda matul is-sena li għaddiet: 210 użaw in-nurture groups fl-iskejjel primarji u 420 użaw il-Learning Support Zones fis-sekondarji.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li n-nurture groups huma għodda edukattiva effettiva li tgħin fl-izvilupp tat-tfal li jesperjenzaw diffikultajiet soċjali, emozzjonali u fl-imġieba. Waqt is-sessjonijiet tan-Nurture Group l-istudenti ma jitgħallmux ħiliet akkademiċi bħal matematika u l-lingwi iżda jiġu mgħallma ħiliet soċjali essenzjali bħal komunikazzjoni u mġieba u manjieri tajba. In-Nurture Group ma jkunx magħmul minn aktar minn 10 studenti biex dawn jingħataw attenzjoni individwali biex jiksbu l-ħiliet li jkollhom bżonn u ikunu jistgħu jiġu integrati lura fil-klassi mingħajr xkiel. Kultant, fin-Nurture Group jattendu wkoll il-ġenituri tat-tfal li jkunu f’dawn il-gruppi biex huma jkunu jistgħu jkomplu jgħinu lil uliedhom wara l-ħin tal-iskola. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li Learning Support Zones fl-iskejjel sekondarji għandhom l-istess għanijiet tan-Nurture Groups. Huwa spjega li l-learning support zones, huma ambjent informali li jixbaħ aktar lid-dar mill-iskola.  Hawnhekk gruppi ta’ studenti jkun segwiti minn grupp ta professjonisti fosthom Social Worker, Youth Worker u Guidance Teachers li jorganizzawlhom diskussjonijiet, loghob u tisjir fost l-ohrajn biex ikunu  megħjuna jiksbu ħiliet li  jgħinuhom tul il-ħajja u mhux fl-iskola biss. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li fl-aħħar snin ġew ingaġġati madwar 350 professjonist biex jassitu lill-għalliema fl-izvilupp tat-tfal tal-iskejjel, fosthom:  Inclusion Coordinators fl-iskejjel biex jipprovdu s-sapport neċessarju fejn tidħol l-inklussivita’ fl-edukazzjoni; Social Workers; Psikoterapisti; Youth Workers; Career Advisors; u Emotional Behaviour Specialists.

Is-Segretarju Parlamentari qal li sar ukoll ħafna xoghol fuq l-inklużjoni ta’ tfal b’dizabilità. Illum 3,231 tifel u tifla fl-iskejjel primarji u sekondarji qed jingħataw għajnuna minn 2297 Learning Support Assistant (LSA) li minnhom 693 huma fl-iskejjel tal-Knisja u mħallsa mill-Gvern.

L-Onor Puli qal li illum il-ġurnata fl-iskejjel tal-istat qed isiru wkoll multi sensory rooms li qed jintużaw biex isiru programmi ma’ studenti b’diżabilita. Dawn il-programmi huma l-aktar indikati għal studenti b’diffikulta fil-vista iżda jistgħu jintuzaw ma’ studenti li għandhom forom oħra ta’ dizabilità. Huwa tenna li illum fl-iskejjel qed jingħata sapport lit-tfal bl-awtiżmu permezz tal- Autism Spectrum Support Team li jgħin lil LSA u l-iskejjel biex jikkontrollaw dawn it-tfal, fejn fl-aħħar 3 snin, ingħata sapport lil 161 student f’49 skola.

L-Onor Puli saħaq li matul din il-leġizlatura saru diversi riformi mill-Gvern biex Malta qiegħda fuq quddiem nett f’dan il-qasam b’0.3% tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali biss qed jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fi skejjel segragati barra mill-mainstream mentri l-medja tal-UE hi ta’ 2.3%. Dan wassal biex Malta tinsab fl-ewwel post bl-aħjar rata ta’ inklużjoni gl-iskejjel fost is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. 

Qal Ukoll li l-Gvern qed iħares lejn screening minn eta’ bikrija (Early Intervention Screening) biex ikunu identifikati dawk it-tfal f’riskju li jibqgħu lura ħalli jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow