MALTA EŻEMPJU GĦALL-PAJJIŻI EWROPEJ FIL-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Imnedija l-Catch the drop campaigngħas-sena skolastika 2012/2013
Malta hi kkunsidrata mill-KummissjoniEwropea bħala pajjiż li jinsab minn ta’ quddiem fl-Ewropa fil-konservazzjonital-ilma tant li pajjiżna qed jitqies bħala eżempju għall-pajjżi l-oħra. Danintqal waqt il-Water Framework Directive Working Group li qed jitlaqqa fiBrussel. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino qaldan waqt li llum nieda l-kampanja edukattiva Catch the Drop għas-senaskolastika 2012/2013.
Waqt l-attività ta’ dalgħodu li saretfl-iskola msebbħa u rinovata tas-Siġġiewi, studenti ta’ din l-iskola esebewnumru ta’ tpinġijiet u tellgħu numru t’attivitajiet fuq it-tematal-konservazzjoni tal-ilma. Atrazzjonijiet prinċipali ta’ din il-kampanja hil-‘Moving Drop’ li hu kontenitur kbir f’għamla ta’ qatra li timxi minnskola għall-oħra. Waqt li ‘l-Moving Drop’ tkun fl-iskola, isiruattivitajiet relatati mal-importanza u l-konservazzjoni tal-ilma filwaqt lit-tfal jitfgħu messaġġi relatati mat-tema f’dan il-kontenitur. Il-messaġġitas-sena l-oħra flimkien ma’ xi poeżiji miktuba mit-tfal u tpinġijiet, inġabru fi ktejjeb li tqassam lill-iskejjel kollha. Din is-sena l-Moving Drop se timxi ma’ 25 skola lihuma fuq ir-rotta tal-Akwedott tal-Fawwara li jibda mis-Siġġiewi u jibqa sejjersal-inħawi tal-Kottonera.
Il-Gvern qed jaħdem permezz ta’ numruta’ inizjattivi biex l-ilma jibqa’ jkun riżorsa sostenibbli. It-tfal f’dinil-kampnja ta’ konservazzjoni tal-ilma għandhom rwol importanti għax b’azzjonizgħira minn naħa tagħhom iservu ta’ eżempju għal kulħadd.
Il-Ministru Pullicino qal li dinil-kampanja fl-iskejjel hi parti mill-iżvilupp fil-qasam edukattiv fejn appartil-formazzjoni akkademika, l-istudenti qed jingħataw għarfien akbar. Dan qedisir bi programmi bħal ma huma l-Catch the Drop u eko skola fejn l-istudentijingħataw għarfien dwar temi ambjentali u ekoloġiċi.
L-ambjent ta’ skejjel modernib’investiment qawwi ta’ €6,000 fis-sena fuq l-edukazzjoni ta’ kull tifel utifla qed iwassal ukoll biex ulied jingħataw dak li verament jixirqilhomfilwaqt li minn naħa tagħhom it-tfal qed ikunu huma stess aktar attivi u front runners favur temi bħal ma humal-ambjent sostenibbli, l-immaniġjar tal-iskart u l-konservazzjoni tal-ilma fostl-oħrajn.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en