ĦATRIET TA’ IMĦALLEF U MAĠISTRAT
Il-Kabinett tal-Ministri approva n-nomina tal-Avukat Dr. Lorraine Schembri Orland bħala Imħallef fil-Qrati ta’ Malta.
Dr. Lorraine Schembri Orland twieldet nhar il-21 ta’ Ġunju 1959 f’Tas-Sliema. Hija ggradwat bħala Avukat mill-Università ta’ Malta fl-1981 minn fejn eventwalment iggradwat ukoll b’Maġister Juris fil-Liġi Ewropea, u b’Diploma fil-Liġi Kanonika u Ġurisprudenza.
Dr. Schembri Orland kienet involuta f’riformi leġislattivi fil-kostituzzjoni ta’ Malta, u kienet ukoll Membru f’Kumitat Konsultattiv tal-Kabinett dwar riformi fil-liġi ċivili.
Dr. Schembri Orland ħadmet ħafna fil-qasam tal-leġislazzjoni kontra l-vjolenza domestika, u fil-prattika tagħha speċjalizzat fil-liġi taż-żwieġ u tal-familja. Hija kienet l-ewwel mara eletta bħala Membru fil Kumitat tal-Kamra tal-Avukati u fil-kors tal-ħajja professjonali tagħha ħadmet ukoll fil-qasam tal-volontarjat, bħala President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, Membru tal-Bord Nazzjonali Konsultattiv dwar il-Bioetika, u membru tal-Bord imwaqqaf mill-Caritas (Malta) biex imexxi iċ-Ċentru Riabliltattiv ta' San Blas.
Dr. Schembri Orland hija miżżewġa lil George u għandhom tifel, Kevin
Il-Kabinett tal-Ministri approva wkoll in-nomina ta’ Dr. Natasha Galea Sciberras bħala Maġistrat fil-Qrati ta’ Malta.
Dr. Natasha Galea Sciberras twieldet nhar is-6 t’Ottubru 1976. Hija ggradwat bħala Avukat mill-Università ta’ Malta fl-2003 u ħadmet prinċipalment fil-qasam tal-liġi tal-familja u ċivili, filwaqt li kienet ukoll il-konsulenta legali tal-Aġenzija Appoġġ.
Fost l-oħrajn, Dr. Galea Sciberras serviet ukoll bħala segretarja tal-bord u konsulenta legali għal Transport Malta, u chairperson tal-Bord tal-Adozzjoni.
Hija miżżewġa lill-Avukat Dr. Vincent Galea u għandhom ħamest itfal
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, l-Onor. Chris Said jifraħ lil Dr. Lorraine Schembri Orland u Dr. Natasha Galea Sciberras għall-ħatriet tagħhom.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en