Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CHRIS SAID JILTAQA’ MA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ WAQT OPEN DAY FIĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM F’WIED IL-GĦAJN TAL-AĠENZIJA SAPPORT

pr2222
Date Icon 10/10/2012

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni u l-Familja ltaqa’ ma’ persuni b’diżabilità li bħalissa qed jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport f’Wied il-Għajn, u l-ħaddiema waqt Open Day li saret dalgħodu. Dan iċ-Ċentru, li huwa wieħed minn 9 li tmexxi l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, jilqa’ fih 64 persuna b’diżabilità, bil-ħidma ta’ 30 impjegat li joffru s-servizz tagħhom u jmexxu l-programmi interattivi mħejjija skont il-ħtieġa u l-potenzjal tal-persuni b’diżabilità li jattendu dan iċ-Ċentru. 

Waqt din iż-żjara l-Ministru Said rrefera ghas-servizzi ta’ matul il-jum li toffri l-Aġenzija Sapport. Dawn jinkoraġġixxu lill-klijenti jiżviluppaw l-abbiltajiet u l-ħiliet meħtieġa biex jitgħallmu jużaw aktar determinazzjoni u jintegraw aħjar fis-soċjetà, filwaqt li jgawdu u jibbenefikaw minn ambjent addattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Kull klijent għandu Individualised Support Plan li jinkludi pjan ta’ sapport imfassal skont il-ħtiġijiet u t-tip ta’ diżabilità tal-persuna u mibni wkoll fuq ix-xewqat tagħhom.  

Il-persuni b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentri jibbenefikaw minn diversi programmi strutturati bl-għan li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex jersqu kemm jista’ jkun lejn ħajja indipendenti fosthom iġene bażika tal-persuna, x’għandek tagħmel meta tmur tixtri, snajja’, tisjir, eżerċizzju fiżiku, fost l-oħrajn. Barra minn hekk isiru wkoll diversi ħarġiet fil-komunità li jgħinu lill-persuni b’diżabilità jimplimentaw dak li jkunu tgħallmu filwaqt li jieħdu gost flimkien.  

Il-Ministru Said sostna li bħalissa hemm 9 Ċentri ta’ matul il-Jum li jinsabu fil-lokalitajiet tal-Imtarfa, Sta Venera, Fleurs de Lys, Ħal Far, Swatar, Marsakala, Birgu u Raħal Ġdid, li flimkien qed jagħtu servizz lil madwar 394 persuna b’diżabilità.  

Waqt din l-Open Day tnieda wkoll fuljett informattiv dwar is-Servizzi ta’ Matul il-Jum. L-għan ta’ dan il-fuljett huwa sabiex il-pubbliku inġenerali jifhem aħjar il-ħidma li ssir f’dawn iċ-Ċentri, kif ukoll fejn wieħed jista’ jirreferi/japplika għal dan is-Servizz. Kopji ta’ dan il-fuljett jistgħu jinkisbu billi wieħed jikkuntattja lill-Aġenzija Sapport fuq 2145 1868 jew mis-sit elettroniku www.sapport.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow