Left arrow Go Back

SEMINAR F’GĦAWDEX BIT-TEMA L-ARTRITE U R-REWMATIŻMU FIS-SEKLU 21

pr2200
Date Icon 08/10/2012

F’Għawdex ittella’ seminar bit-tema L-Artrite u r-Rewmatiżmu fis-Seklu 21,  ikkoordinat mit-Taqsima tal-Outpatients fi ħdan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-kumpanija Abbott. Indirizzaw is-seminar Prof Carmel Mallia li tkellem dwar l-Uġigħ u l-Artrite, is-Sa. Doris Aquilina dwar l-irwol ta’ infermiera tar-rewmatoloġija, is-Sa. Louise Grech dwar is-servizzi farmaċewtiċi fir-rewmatoloġija u esperjenza personali mis-Sur Romeo Pace.

Fil-messaġġ tagħha, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, faħħret l-inizjattiva tal-infermiera u l-impenn ta’ dawk kollha li joffru s-servizzi tagħhom fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, bil-għan li jħarsu l-ewwel u qabel kollox il-bżonnijiet u l-interessi tal-pazjent. Il-Ministeru għal Għawdex jippromwovi attivitajiet li huma mmirati li jżidu l-għarfien fost is-soċjetà Għawdxija, b’mod partikolari f’dak li hu relatat ma’ għarfien dwar is-saħħa u dwar stili ta’ ħajja aktar b’saħħtiha.

Saret referenza wkoll għall-aħħar żviluppi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex li jinkludu t-twaqqif ta’ Dipartiment ġdid tar-Radjoloġija, servizz tan-Naproteknoloġija, xiri ta’ żewġ ambulanzi ġodda, u xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq taqsima ġdida tal-operazzjonijiet kif ukoll xogħol ta’ ristrutturar fil-kuriduri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow